Premjijiet
‘Proprjetà Intelletwali’ tirreferi għal prodotti u xogħlijiet madwarna li huma frott ta’ moħħ il-bniedem. Id-drittjiet mogħtija mill-istat fir-rigward tal-proprjetà intelletwali, bħal drittijiet tal-awtur, privattivi, trademarks u disinni reġistrati jipprovdu lin-negozji, artisti u inventuri b’mezzi sabiex jipproteġu l-prodotti u l-kreazzjonijiet tagħhom, kif ukoll jiġu mħeġġa sabiex jinvestu fl-innovazzjoni u l-kreattività bħala benefiċċju għas-soċjetà.
01.04.2026
Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tas-16-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Din l-inizjattiva hija l-“Malta Intellectual Property Awards 2025”.
08.01.2026
Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-15-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Din l-inizjattiva hija l-“Premju Proprjetà Intelletwali Malta 2024”.
11.12.2024
Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-14-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet. Din l-inizjattiva hija l-“Malta Intellectual Property Awards 2023”.
11.12.2023
Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tat-13-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet. Din l-inizjattiva hija l-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2022”.
08.12.2022
Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati lir-rebbieħa tat-12-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija. Din l-inizjattiva hija l-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2021”.
25.02.2022
Fl-4 ta’ Diċembru 2020 saret iċ-ċeremonja sabiex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-11 il-edizzjoni tal-inizjattiva annwali li jorganizza d-Dipartiment tal-Kummerċ, li jagħmel parti mill-Ministeru tal-Ekonomija u Industrija. Din l-inizjattiva hija il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020”.
04.12.2020
Fil-5 ta’ Diċembru 2019 saret iċ-ċeremonja sabiex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-10 edizzjoni tal-inizjattiva annwali li jorganizza d-Dipartiment tal-Kummerċ, li jagħmel parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Entrapriżi Żgħar. Din l-inizjattiva hija il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019”.
05.12.2019
Fit-22 ta’ Marzu 2019 saret id-9 edizzjoni tal-Malta Intellectual Property Awards għall-2018, organizzati mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi, u kull wieħed ingħata Trophy u Premju Monetarju.
22.03.2019
It-8 edizzjoni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni għall-2017, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, saret fil-5 ta’ Marzu 2018, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi, u kull wieħed ingħata Trofew u Premju Monetarju.
05.03.2018
Is-7 edizzjoni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni għas-sena 2016, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, saret fis-26 ta ’April 2017, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi, u kull wieħed ingħata Trofew u Premju Monetarju.
26.04.2017
Is-6 edizzjoni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni għall-2015, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, saret fit-2 ta’ Marzu 2016, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi, u kull wieħed ingħata Trofew u Premju Monetarju.
02.03.2016
Il-5 edizzjoni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni għas-sena 2014, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, saret fid-9 ta’ April 2015, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi.
09.04.2015