Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2025

Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2025

Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tas-16-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Din l-inizjattiva hija l-“Premju Proprjetà Intelletwali Malta 2025”.

Il-Premju Proprjetà Intelletwali Malta huwa mmirat biex jippromwovi l-ħolqien tal-Proprjetà Intellettwali f’Malta u jirrikonoxxi kemm proġetti innovattivi li joriġinaw minn nies li huma pjuttost ġodda fil-qasam tagħhom kif ukoll dawk magħmula minn nies ta’ esperjenza fis-settur kreattiv, xjentifiku u teknoloġiku.

Din is-sena tqassmu madwar €50,000 fi premjijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon li għal din l-edizzjoni kellna proġetti ta’ livell għoli b’firxa ta’ inizjattivi fil-qasam tas-saħħa, tad-3D printing, is-sostenibbiltà, l-inġinerija, l-arti diġitali, ir-riċerka medika u t-teknoloġija edukattiva.

Ir-rebbieħa tal-“Premju Proprjetà Intelletwali Malta 2025” kienu:

Kategorija – Premju Proprjetà Intellettwali għall-Inizjattiva Kreattiva

Rebbieħa

‘Karamellu Tar-Raħal t’Isfel (Animated Series)’ – Is-Sur Neil Zammit u s-Sur Charles Buttigieg

Tieni Post

‘Maltese Stalactite Fine Jewellery Collection’ – Is-Sa Tara Lois Mansell

Kategorija – Premju Proprjetà Intellettwali għall-Inizjattiva Xjentifika

Rebbieħ

‘Modular Additive Lightweight Thermoplastic Innovation for 3D Printing (MALTI3D)’ – Enġ. Nicholas Borg Calleja

Tieni Post

‘MaltaKnee – A novel soft inflatable load-bearing device for early-stage knee osteoarthritis treatment’ – Is-Sur Karl Galea Naudi Borg, il-Profs. Pierre Schembri Wismayer MD, il-Profs. Arif Rochman, il-Profs. Enġ. Pierluigi Mollicone, l-Profs. Enġ Joseph Buhagiar u s-Sur Emanuel Pavia

Kategorija – Premju Proprjetà Intellettwali għall-Inizjattiva Teknoloġika

Rebbieħa

‘AIR SAVE – Development and Analysis of an IndustRy 4.0 System to Autonomously ImproVE the Sustainability of Pneumatics’ – Profs. Enġ. Paul Refalo, Profs. Enġ. Emmanuel Francalanza, s-Sur Massimo Borg, is-Sa Jasmine Mallia, Dr. Peter Albert Xuereb, is-Sur Angelo Mifsud u s-Sa Ylenia Grech Mifsud

Tieni Post

‘The RPAK Hybrid Digital-Physical Media The Smart Library RPAK AI Integration’ – Is-Sur Jean Pierre Debattista – RPAK LTD

Kategorija – Premju Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti għall-Inizjattiva Kreattiva minn 16 sa 30 sena

Rebbieħa

‘Father, I am not your strongest soldier’ – Is-Sa Michelle Gruppetta

Kategorija – Premju Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti għall-Inizjattiva Xjentifika minn 16 sa 30 sena

Rebbieħa

‘An Innovative Concrete Mix for a Circular Tomorrow: From Poultry Waste to Performance Construction Materials’ – Is-Sa Elizabeth-Rose Grima Delia Spiteri Cornish

Kategorija – Premju Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti għall-Inizjattiva Teknoloġika minn 16 sa 30 sena

Rebbieħ

‘A Geospatial and AI-Enabled Framework for Offshore Wind Siting: A Modular Methodology with Global Potential’ – Is-Sur Cedric Muscat

Ritratti

Aġġornata l-aħħar

Aġġornata l-aħħar fl-20 ta’ Jannar 2026