Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2024
Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-15-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Din l-inizjattiva hija l-“ Premju Proprjetà Intelletwali Malta 2024”.

Il-Premju Proprjetà Intelletwali Malta huwa mmirat biex jippromwovu l-ħolqien tal-Proprjetà Intellettwali f’Malta u jirrikonoxxu kemm proġetti innovattivi li joriġinaw minn nies li huma pjuttost ġodda fil-qasam tagħhom kif ukoll dawk magħmula minn nies ta’ esperjenza fis-settur kreattiv, xjentifiku u teknoloġiku.
Din is-sena tqassmu madwar €45,000 fi premjijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon li għal din l-edizzjoni kellna proġetti ta’ livell għoli b’firxa ta’ inizjattivi fil-qasam tas-saħħa, l-gaming, is-sostenibbiltà, l-inġinerija, l-arti diġitali, ir-riċerka medika u t-teknoloġija edukattiva.
Ir-rebbieħa tal-“Premju Proprjetà Intelletwali Malta 2024” kienu:
Kategorija – Premju Proprjetà Intelletwali għal Inizjattiva Kreattività
Rebbieħa
‘Ħbieb Tal-Klieb? – A hybrid video and animated expository documentary about dogs in Malta and Gozo’ – Sur Jean-Pierre Debattista u Sur Neil Zammit
Tieni post
‘NexStage’ – Sur Samuel Sultana
Kategorija – Premju Proprjetà Intelletwali għal Inizjattiva Xjentifika
Rebbieħa
‘ICECAP (thermoelectrIc Cooler for elECtronics APplications)’ – Sur Andre Micallef, Sur Marc Anthony Azzopardi, Sur Alec Fenech u Sur Thomas Galea.
Tieni post
‘Rapid Identification and Quantification Method for Sepsis-Causing Microorganisms and antibiotic Resistance genes’ – The BioArte LTD.
Kategorija – Premju Proprjetà Intelletwali għal Inizjattiva Teknoloġika
Rebbieħa
‘Aerodynamic, Pedestrian Level, Air quality Control using Urban Vegetation Elements (APACHE)’ – Prof. Inġ. Daniel Micallef
Tieni post
Kategorija – Premju Proprjetà Intelletwali għal Inizjattiva Kreattività – Innovatur Emergenti età minn 31 sena ‘l fuq
Rebbieħa
‘Deadline: A Clockwork Press – A news-chronicling & map-making TTRPG’ – Sa Fleur Sciortino u Sa Chelsea Phipps
Kategorija – Premju Proprjetà Intelletwali għal Inizjattiva Teknoloġika – Innovatur Emergenti età minn 31 sena ‘l fuq
Rebbieħa
‘Learnapy ǀ Happy Learning’ – Sur Roderick Cassar