Premju Innovazzjoni Malta 2016
Vidjows
Innovazzjoni Xjentifika
Innovazzjoni Kreattiva
Ċerimonja tal-Premjijiet
L-għan ewlieni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni, huwa dak li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ ideat u prodotti innovattivi li għandhom potenzjal, huma uniċi u sostenibbli.
Is-7 edizzjoni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni għas-sena 2016, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, saret fis-26 ta’ April 2017, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi, u kull wieħed ingħata Trofew u Premju Monetarju:
Premju għall-Innovazzjoni Kreattiva
Rebbieħ
Guerrilla rappreżentata mis-Sur Samuel Sultana, is-Sur Kris Camilleri – ‘Our story: Valletta’
Fit-tieni post
Is-Sur Gordon Pace, is-Sur Mark Scicluna – ‘Politicks: The Card Game’
Premju għall-Innovazzjoni Xjentifika
Rebbieħ
Dr. Tracey Camilleri, is-Sur Nathaniel Barbara, Prof. Kenneth Camilleri (all obo The Department of Systems and Control Engineering, University of Malta) – ‘EyeControl’
Runner up
Prof. ING. David Zammit Mangion, Dr Jason Gauci (both obo The Institute of Aerospace Technologies, University of Malta), il-Kaptan Alan Muscat, il-Kaptan Joseph Markham (both obo QuAero Ltd) – ‘Touch-Flight – a modern control console for the next generation commercial aircraft’
Trofew, Midalji u Ċertifikati
Ġew ippreżentati wkoll premjijiet f’isem il-World Intellectual Property Organisation (WIPO) kif ġej:
Il-Midalja tal-WIPO għall-Kreattivitá
Guerrilla rappreżentata mis-Sur Samuel Sultana, is-Sur Kris Camilleri – ‘Our story: Valletta’ (Midalja & Ċertifikat)
It-Trofew tal-Intrapriża tal-IP tal-WIPO
Dr. Tracey Camilleri, Mr. Nathaniel Barbara, Prof. Kenneth Camilleri (all obo The Department of Systems and Control Engineering, University of Malta) – ‘EyeControl’ (Trofew u Ċertifikat)