Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020

Vidjows

Inizjattiva Kreattività

Premju Inizjattiva Kreattività #1

Premju Inizjattiva Kreattività #2

Premju Inizjattiva Xjentifika #1

Premju Inizjattiva Xjentifika #2

Premju Inizjattiva Teknoloġika #1

Premju Inizjattiva Teknoloġika #2

Premju Innovatur Emerġenti #1

Premju Innovatur Emerġenti #2

Premju Innovatur Emerġenti #3

Ċerimonja tal-Premjijiet

Fl-4 ta’ Diċembru 2020 saret iċ-ċeremonja sabiex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-11 il-edizzjoni tal-inizjattiva annwali li jorganizza d-Dipartiment tal-Kummerċ, li jagħmel parti mill-Ministeru tal-Ekonomija u Industrija. Din l-inizjattiva hija il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020”.

Il-Premju Proprjeta’ Intelletwali Malta huwa mmirat biex jippromwovi l-ħolqien tal-Proprjetà Intellettwali f’Malta u jirrikonoxxi kemm proġetti innovativi li oriġinaw minn persuni li huma pjuttost ġodda fil-qasam tagħhom kif ukoll inizzjattivi kreattivi, xjentifici, teknoloġiċi magħmula minn persuni ta’ esperjenza fis-settur.

Din is-sena tqassmu madwar €50,000 fi premjijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon, partikolarment meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi li għexna flimkien, li għal din l-edizjoni kellna numru rekord ta’ applikazzjonijiet bi proġetti ta’ livell għoli b’firxa t’inizjattivi fil-qasam tas-saħħa, l-inġinjerija, arti diġitali, tal-kultura u l-arti, tar-riċerka medika u tal-edukazzjoni teknologika.

Ir-rebbieħa tal-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020” huma:

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Kreattività

Rebbieħa

‘Temi: Temi u d-Deni Irqiq – An Animated Feature Film’ – Neil Zammit and Nicholas Grima

Tieni Post

‘3 XEWQAT’ – Write Deal Association

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Xjentifika

Rebbieħa

‘Development of a Gasless approach to Trans-Oral Endoscopic Thyroidectomy via a Vestibular Approach (TOETVA)’ – Dr Christian Camenzuli

Tieni Post

‘Automatic Aerodrome Taxiway Line Detection and Cross-Track Error Estimation using Computer Vision Techniques’ – Dr. Inġ. Jason Gauci

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika

Rebbieħa

‘A multitrophic polyculture food production system for the Islands of Malta’ – Pierre Axiaq

Tieni Post

‘ReStone’ – Prof. Spiridione Buħaġiar and Perit Franco E. Montesin

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika – Innovatur Emerġenti età bejn is-16 u t-30 sena

Rebbieħa

‘Multi-Direction Auxetic Expanding Systems’ – James N. Grima-Cornish

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Xjentifika – Innovatur Emerġenti età minn 31 sena ‘l fuq

Rebbieħa

‘PHASE 1 (PH1)’ – Fabian Borg

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika – Innovatur Emerġenti età minn 31 sena ‘l fuq

Rebbieħa

‘GainChanger Overwatch’ – Simon Bonello

Paġna aġġornata fit-28 ta’ Dicembru 2020