FAQs

Huma biss dawk l-oġġetti elenkati fl-Iskeda tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 117.02), li jeħtieġu liċenzja tal-esportazzjoni u biss jekk ikunu qed jintbagħtu lil pajjiżi li mhumiex fl-UE. Dawn huma:
— Antikitajiet u oġġetti ta’ valur storiku
— Karretti, kabini u landaus
— Ġebel Malti u oġġetti magħmulin minnu
— Djamanti mhux maħduma tal-intestaturi 7102.10, 7102.21 u 7102.31
— Prodotti petroliferi, dawn li ġejjin — petrol, żejt tal-fjuwil, diżil, pitrolju u gass likwidat.

L-informazzjoni meħtieġa fil-formola tal-applikazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mod sħiħ. Dan jinkludi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-esportatur u tad-dikjarant/rappreżentant, il-bastiment esportatur jew il-linja tal-ajru, il-port jew l-ajruport fejn se tinħatt l-art il-merkanzija, id-destinazzjoni finali tal-merkanzija, id-deskrizzjoni tal-oġġett li qed jiġi esportat, il-kwantità u l-Kodiċi H.S.. Meta l-applikazzjoni tkun għal prodott taż-żejt, il-pajjiż tal-oriġini jrid jiġi speċifikat ukoll. Għal ċerti oġġetti, l-approvazzjoni minn entitajiet/awtoritajiet oħra trid tiġi żgurata fuq in-naħa ta’ wara tal-istess formola ta’ applikazzjoni qabel ma tiġi ppreżentata  lis-Sezzjoni tal-Importazzjoni/Esportazzjoni. Għal spjegazzjoni sħiħa ta’ x’tinvolvi l- mili tal-formola, irreferi għat-taqsima tal-Linji Gwida.
Bidliet relatati mal-COVID-19: Fid-dawl tal-miżuri ta’ tbegħid soċjali, il-proċeduri ta’ applikazzjoni nbidlu. Irreferi għall-Miżuri Relatati mal-Virus tal-Corona għal aktar informazzjoni.
Il-formola trid tiġi ffirmata mill-esportatur jew mid-dikjarant/rappreżentant, li għandu jimmarka l-kaxxa applikabbli fit-Taqsima 4.

Il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela elettronikament u tiġi ppreżentata lid-Dipartiment tal-Kummerċ,  Sezzjoni tal-Importazzjoni/Esportazzjoni — Lascaris Bastions, Daħlet Ġnien is-Sultan, il-Belt Valletta, VLT 1933. Aċċerta ruħek li tkun stampata minn wara għal quddiem. L-applikazzjoni għall-esportazzjoni għandu jkollha ħames folji (disa’ paġni) li jinkludu l-kopja tad-Detentur u l-kopja tal-Awtorità tal-Ħruġ.

Is-Sistema Armonizzata (SA) hija għodda għall-klassifikazzjoni tal-prodotti. Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, magħrufa wkoll bħala n-nomenklatura tariffarja, hija sistema standardizzata internazzjonalment ta’ ismijiet u numri għall-klassifikazzjoni tal-prodotti nnegozjati.

Il-Kodiċi HS jista’ jinstab mis-sit elettroniku tal-Konsultazzjoni TARIC. Il-fornitur jew il-manifattur għandu jkun jista’ jipprovdih ukoll. L-ewwel erba’ ċifri biss huma meħtieġa għall-finijiet ta’ applikazzjoni.

Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni hija mingħajr ħlas. Bl-istess mod, il-ħruġ ta’ liċenzja.

Liċenzja tal-esportazzjoni hija valida għal xahar mid-data tal-ħruġ.

Jekk wieħed  jissottometti applikazzjoni  sħiħa u korretta, liċenzja normalment tieħu biss ftit jiem ta’ xogħol biex tinħareġ. Madankollu, hemm xi eċċezzjonijiet, b’mod partikolari fejn il-konsultazzjoni interdipartimentali trid titwettaq wara s-sottomissjoni. Dan jista’ jkun proċess twil u mhux marbut biż-żmien. Ir-reviżjoni interdipartimentali normalment tiġi applikata għal applikazzjonijiet li jikkonċernaw prodotti petroliferi u fejn il-pajjiżi involuti huma soġġetti għal kunsiderazzjonijiet ta’ sanzjonijiet.

Le, liċenzji skaduti ma jistgħux jiġġeddu. Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida.

Għandha timtela formola ta’ applikazzjoni separata għall-oġġetti li ma jaqgħux taħt l-istess deskrizzjoni u l-istess intestatura tas-SA (l-ewwel erba’ ċifri). Bl-istess mod, jekk xi waħda mill-informazzjoni l-oħra mitluba fl-applikazzjoni tkun differenti.

Il-kumpaniji bbażati fl-UE jew f’pajjiżi terzi jistgħu japplikaw bl-istess mod għal-liċenzji tal-esportazzjoni.