Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2018
Reklam

Kartellun

Vidjows
Kreattivita
Kreattivita #1
Kreattivita #2
Inizjattiva Teknoloġika
Inizjattiva Teknoloġika #1
Inizjattiva Teknoloġika #2
Innovatur Emerġenti
L-għan ewlieni tal-Malta Intellectual Property Awards, huwa dak li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ ideat u prodotti innovattivi li għandhom potenzjal u li huma wkoll uniċi u sostenibbli.
Fit-22 ta’ Marzu 2019, saret id-9 edizzjoni tal-Malta Intellectual Property Awards għall-2018, organizzati mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi, u kull wieħed ingħata Trophy u Premju Monetarju:
Premju tal-Proprjetà Intellettwali għall-Kreattività
Rebbieħ
is-Sur Nicholas Grima, is-Sur Neil Zammit, Reċiproku – ‘Storja Animalta’
Fit-tieni post
Is-Sur Arif Rochman, Polinno – ‘WhiteboART Truly Artistic Whiteboard’
Premju tal-Proprjetà Intellettwali għall-Inizjattiva Teknoloġika
Rebbieħ
Dr Stephen Mizzi, Dr Owen Falzon, Tarsos – ‘In-Shoe Monitoring System for Diabetes’
Fit-tieni post
Is-Sur Gabor Molnar, Laser Engineering and Development Ltd – ‘Żvilupp tal-printer 3D FDM tal-ġenerazzjoni li jmiss bl-użu ta’ teknoloġija innovattiva tal-laser’
Premju tal-Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti
Rebbieħ
Dr Byron Baron – ‘Metodu innovattiv ta’ skoperta ta’ modifiki tal-proteini għad-dijanjosi tal-kanċer tal-kolorektum’
Trofew, Midalji u Ċertifikati
Ġew ippreżentati wkoll premjijiet f’isem l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) kif ġej:
Midalja tal-WIPO għall-Kreattività
Is-Sur Nicholas Grima, is-Sur Neil Zammit, Reċiproku – ‘Storja Animalta’
It-Trofew tal-Intrapriża tal-IP tal-WIPO
Dr Stephen Mizzi, Dr Owen Falzon, Tarsos – ‘In-Shoe Monitoring System for Diabetes’
Midalja tal-WIPO għall-Inventuri
Dr Byron Baron – ‘Metodu innovattiv ta’ skoperta ta’ modifiki fil-proteini għad-dijanjosi tal-kanċer tal-kolorektum’