Premju Innovazzjoni Malta 2015

Vidjows

Innovazzjoni Kreattiva

Ċerimonja tal-Premjijiet

L-għan ewlieni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni, huwa dak li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ ideat u prodotti innovattivi li għandhom potenzjal, huma uniċi u sostenibbli. L-applikazzjonijiet ġew sottomessi u aġġudikati fir-rigward tal-Premju għall-Innovazzjoni Kreattiva, il-Premju għall-Innovazzjoni Xjentifika, il-Premju għall-Innovazzjoni Teknoloġika u l-Premju għall-Innovatur Emerġenti.

Is-6 edizzjoni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni għall-2015, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, saret fit-2 ta’ Marzu 2016, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi, u kull wieħed ingħata Trofew u Premju Monetarju:

Premju għall-Innovazzjoni Kreattiva
Rebbieħ

Is-Sur Martin Bonnici Obo Shadeena films – ‘Strait Street augmented reality experience’

Fit-tieni post

Is-Sinjura Desiree Azzopardi – ‘Partijiet taż-żraben personalizzati stampati 3D’

Premju għall-Innovazzjoni Xjentifika
Rebbieħ

Inġ. Michael Attard – ‘Innovative method to produce new metal powders’

Fit-tieni post

Il-Prof. Joseph N Grima, is-Sur Luke Mizzi, is-Sur Keith M Azzopardi, is-Sur Aaron Casha, is-Sur Ruben Gatt – ‘Transforming ordinary sheets of materials to auxetics’

Premju għall-Innovazzjoni Teknoloġika
Rebbieħ

Is-Sur Keith M Azzopardi obo Thought3D Ltd – ‘MAGIGOO’

Fit-tieni post

Is-Sa Daphne Tabone obo 6PM plc – ‘StrokePad’

Premju għall-Innovatur Emerġenti
Rebbieħ

Is-Sur Samuel Sultana, is-Sur Kris Camilleri – ‘Three dimensional space experience’

Trofew, Midalji u Ċertifikati

Ġew ippreżentati wkoll Trofew, Midalji u ċertifikati f’isem il-World Intellectual Property Organisation (WIPO) kif ġej:

Premju tal-WIPO għall-Kreattivitá

Is-Sur Martin Bonnici obo Shadeena films – ‘Strait Street augmented reality experience’ (Midalja & Ċertifikat)

Is-Sur Samuel Sultana, is-Sur Kris Camilleri – ‘Three dimensional space experience’ (Midalja & Ċertifikat)

Premju tal-Intrapriża IP tal-WIPO

Is-Sur Keith M Azzopardi Obo Thought3D – ‘MAGIGOO’ (Trofew u Ċertifikat)

Linji Gwida u Formoli tal-Applikazzjoni