Premju Innovazzjoni Malta 2014
Ċerimonja tal-Premjijiet
L-għan ewlieni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni, huwa dak li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ ideat u prodotti innovattivi li għandhom potenzjal, huma uniċi u sostenibbli. L-applikazzjonijiet ġew sottomessi u aġġudikati fir-rigward tal-Premju għall-Innovazzjoni Kreattiva, il-Premju għall-Innovazzjoni Xjentifika, il-Premju għall-Innovazzjoni Teknoloġika u l-Premju għall-Innovatur Emerġenti.
Il-5 edizzjoni tal-Premju Malti għall-Innovazzjoni għas-sena 2014, organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, saret fid-9 ta’ April 2015, li matulha tħabbru l-finalisti fil-kategoriji rispettivi:
Premju għall-Innovazzjoni Kreattiva
Rebbieħ
Is-Sa Nadege Renee Cassar – Tentillum Neck Piece
Premju għall-Innovazzjoni Xjentifika
Rebbieħ
Dr. David Magri u s-Sur Jake Spiteri – Molecule
Fit-tieni post
Dr. Kristian Zarb Adami – Antenna
Premju għall-Innovazzjoni Teknoloġika
Rebbieħ
Ing. Marco Cremona – GEO INF System
Ċertifikati u Midalji
Ġew ippreżentati wkoll ċertifikati u midalji f’isem il-World Intellectual Property Organisation (WIPO) kif ġej:
Premju tal-WIPO għall-Kreattivitá
Ms. Nadege Renee Cassar
Premju tal-WIPO għall-Intrapriża Innovattiva
Dr. David Magri u s-Sur Jake Spiteri