Servizzi

Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali

Ċertifikat tal-Privattivi Supplimentari

Estensjoni ta’ Ċertifikat ta’ Protezzjoni Supplimentari (Prodott Pedjattriku)

Applikazzjoni biex titlob estensjoni ta’ Ċertifikat ta' Protezzjoni Supplimentari (SPC) ta' prodott pedjattriku. Applikant għandu jkun is-sid ta' privattiva li tkun ingħatatlu u li fuqha tkun ibbażata t-talba għal estensjoni tal-SPC.

Ġedded jew Irrestawra Privattiva Reġistrata jew Ċertifikat ta’ Protezzjoni Supplimentari

Applikazzjoni biex tintalab it-tiġdid jew restawr ta' privattiva jew ċertifikat tal-protezzjoni supplementari. L-applikant għandu jkun is-sid tal-privattiva li ġiet mgħotija jew rappreżentant awtorizzat.

Talba għal Ċertifikat ta’ Protezzjoni Supplementari

Talba għal ċertifikat ta' protezzjoni supplementari (SPC) ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew prodott mediċinali. L-applikant għandu jkun is-sid tal-privattiva mgħotija li fuqha hija bbażata t-talba għal SPC.

Drittijiet tal-Awtur

Irreġistra Soċjetà Kollettiva

Soċjetajiet Kollettivi għandhom l-awtorità li jilliċenzjaw xogħlijiet tad-drittijiet tal-awtur u jiġbru d-drittijiet bħala parti mil-liċenzjar obligatorju, jew liċenzji individwali nnegozjati f'isem il-membri tagħhom. Soċjetajiet Kollettivi jiġbru ħlasijiet ta' drittijiet mingħand utenti ta' xogħlijiet tad-drittijiet tal-awtur, u jagħtu royalties lill-proprjetarji tax-xogħolijiet.

Disinni

Applikazzjoni għal Reġistrar jew Kanċellar ta’ Detentur ta’ Liċenzja Għal Disinn

Applikazzjoni biex tirreġistra jew tikkanċella liċenzja għal disinn, kif ukoll il-possibiltà li tinħareġ liċenzja lil terzi persuni biex jużaw id-disinn, jew tikkanċella liċenzja mogħtija lil terzi persuni biex jużaw id-disinn. L-applikant irid ikun is-sid tad-disinn reġistrat.

Applikazzjoni għal Trasmissjoni ta’ Disinn permezz ta’ Assenjazzjoni/Kompropjetà/Dispożizzjoni Testamentarja/Ordni mill-Qorti

Applikazzjoni biex tittrasferixxi s-sid tad-disinn fuq sid ġdid permess ta' assenjament, amalgamazzjoni, dispożizzjoni testamentari, jew ordni tal-Qorti. L-applikant għandu jkun is-sid tad-disinn reġistrat jew li jkun ippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-disinn.

Applikazzjoni għall-Irtirar jew Emenda tal-Applikazzjoni għal Disinn jew Emenda ta’ Disinn Reġistrat

Applikazzjoni biex temenda applikazzjoni ta' disinn jew reġistrazzjoni, jew tirtira applikazzjoni ta' disinn. Sidien jew applikanti ta' disinn huma eliġibbli biex jissottomettu din l-applikazzjoni.

Ċedi jew Irtira Disinn

Sid ta' disinn reġistrat jista' jissottometti talba biex iċedi d-disinn, u b'hekk dan id-disinn ma' jibqax fis-seħħ. Din il-formola tista' tintuża wkoll biex applikant ta' disinn jissottometti talba biex jirtira l-applikazzjoni għal disinn, u b'hekk ma' jitkomplix il-proċess tar-reġistrazzjoni.

Ġedded Disinn Reġistrat

Applikazzjoni biex iġġedded reġistrazzjoni ta' disinn. Id-disinn għandu jkun reġistrat mad-Direttorat għar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali.

Irreġistra Disinn Ġdid

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' disinn li huwa l-apparenza esterna tal-prodott jew parti minnha, li tirriżulta mil-linji, kontorni, kuluri, forma, nisġa, materjali u/jew l-ornament tiegħu. Id-disinn sottomess irid ikun ġdid u għandu jkollu karattru individwali.

Privattivi

Ċedi jew Irtira Privattiva

Sid ta' privattiva reġistrata jista' jissottometti talba biex iċedi l-privattiva, u b'hekk din il-privattiva ma' tibqax fis-seħħ. Din il-formola tista' tintuża wkoll biex applikant ta' privattiva jissottometti talba biex jirtira l-applikazzjoni għall-privattiva, u b'hekk ma' jitkomplix il-proċess tar-reġistrazzjoni.

Emenda Applikazzjoni jew Reġistrazzjoni ta’ Privattiva

Applikazzjoni biex temenda applikazzjoni jew reġistrazzjoni ta' privattiva. L-applikant għandu jkollu applikazzjoni ta' privattiva jew reġistrazzjoni.

Estendi l-Limitu ta’ Żmien (Privattivi)

Talba għal estensjoni tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' dokumenti tal-privattiva. L-applikant għandu jkun issottometta l-applikazjoni ta' privattiva.

Ġedded jew Irrestawra Privattiva Ewropea mfassla fil-Lingwa Ingliża

Applikazzjoni għall-ewwel tiġdid jew restawr ta' privattiva Ewropea. Il-persuna jew entità li f'isimha għandha tiġi mġedda l-privattiva trid tkun is-sid tal-privattiva Ewropea mgħotija. F'każ li l-persuna jew entità mhijiex residenti tal-UE, l-applikazzjoni trid tiġi sottomessa permezz ta' rappreżentant Ewropew.

Ġedded jew Irrestawra Privattiva Reġistrata jew Ċertifikat ta’ Protezzjoni Supplimentari

Applikazzjoni biex tintalab it-tiġdid jew restawr ta' privattiva jew ċertifikat tal-protezzjoni supplementari. L-applikant għandu jkun is-sid tal-privattiva li ġiet mgħotija jew rappreżentant awtorizzat.

Ikkonverti Privattiva Ewropea

Ikkonverti applikazzjoni ta' Privattiva Ewropea għal waħda Nazzjonali. L-applikazzjoni għall-konverżjoni trid tkun ibbażata fuq applikazzjoni għal privattiva Ewropea.

Irreġistra jew Ikkanċella Liċenzja għal Privattiva

Applikazzjoni biex tirreġistra jew tikkanċella liċenzja ta' privattiva. L-applikant għandu jkun is-sid tal-privattiva mogħtija.

Irreġistra Privattiva Ġdida

Applikazzjoni biex tintalab l-għotja ta' privattiva għal protezzjoni ta' invenzjoni. L-invenzjoni li għaliha qed tintalab privattiva għandha tkun ġdida, ikun fiha pass inventiv u jkollha applikabilità industrijali.

Ittrasferixxi Privattiva

Il-possibiltà biex tittrasferixxi s-sid tal-privattiva fuq sid ġdid permezz ta' assenjament, amalgamazzjoni, dispożizzjoni testamentari jew ordni tal-Qorti. L-applikant għandu jkun is-sid tal-privattiva li ġiet ippreżentata jew mogħtija.

Ivvalida Privattiva Ewropea

Ladarba tingħata privattiva Ewropea mill-Uffiċċju tal-Privattivi Ewropej (EPO), is-sid jista' jagħżel il-pajjiżi fejn jivvalida il-privattiva. Din il-formola tintuża biss meta l-Privattiva Ewropea titfassal fil-lingwa Franċiża jew Ġermaniża, u l-applikant għalhekk ikun meħtieġ li jipprovdi traduzzjoni bl-Ingliż tad-dokumenti tal-privattiva.

Talba għal tibdil fl-indirizz fejn għandha tintbagħat in-notifika (Privattiva)

Avukat jew rappreżentant jista jitlob li jaġixxi f’isem klijent għall-privattiva partikolari. L-applikant irid ikun l-avukat jew rappreżentant li se jagixxi f’isem il-klijent.

Trejdmarks

Applikazzjoni biex Topponi Talba għal Trejdmark Ġdida

Permezz ta' din l-applikazzjoni, partijiet terzi jistgħu jissottomettu oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trejdmark. L-applikanti jridu jkunu s-sid ta' trejdmark reġistrata, jew ta' dritt preċedenti, jew xi parti interessata.

Ċedi jew Irtira Trejdmark

Applikazzjoni biex titlob ċessjoni totali jew parzjali ta' trejdmark, jew l-irtirar ta' applikazzjoni ta' trejdmark. L-applikant għandu jkun is-sid ta' trejdmark irreġistrata jew is-sid ta' applikazzjoni ta' trejdmark.

Emenda Trejdmark

Talba għal bidla fl-isem jew l-indirizz ta' sid ta' trejdmark jew applikant. L-applikant għandu jkun is-sid ta' trejdmark reġistrata jew għandu jkun ippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trejdmark.

Ġedded jew Irrestawra Trejdmark Reġistrata

Applikazzjoni għal tiġdid u restawr ta' trejdmark. Applikant għandu jkun is-sid ta' trejdmark reġistrata.

Irreġistra jew Ikkanċella Liċenzja għal Trejdmark

Applikazzjoni biex tirreġistra liċenzja għal trejdmark irreġistrata. L-applikant għandu jkun is-sid ta' trejdmark reġistrata.

Irreġistra Trejdmark Ġdida

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trejdmark ġdida. L-applikant irid juri li t-trejdmark hija distinta kemm fuq eżami assolut kif ukoll fuq bażi relattiva.

Ittrasferixxi Trejdmark

Applikazzjoni biex titrasferixxi trejdmark permezz ta' assenjament, dispożizzjoni testamentarja, jew ordni tal-Qorti. L-applikant għandu jkun is-sid ta' trejdmark reġistrata jew għandu jkun ippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trejdmark.

Talba għal tibdil fl-Indirizz fejn għandha Tintbagħat in-Notifika (Trejdmarks)

Avukat jew rappreżentant jista jitlob li jaġixxi f’isem klijent għall-trejdmark partikolari. L-applikant irid ikun l-avukat jew rappreżentant li se jagixxi f’isem il-klijent.

Direttorat tas-Servizzi tal-Kummerċ u l-Proġetti

Importazzjoni u Esportazzjoni

Applikazzjoni għall-Esportazzjoni ta’ Oġġetti li għandhom Użu Doppju

Ir-Regolamenti tal-2001 dwar il-Kontroll fl-Esportazzjoni ta' Oġġetti li għandhom Użu Doppju jipprovdu biex jinħarġu awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni għall-oġġetti li jaqgħu taħt il-kategorija ta' użu doppju fil-lista li tinstab fil-manwal għal dawn ir-regolamenti. Il-pajjiż tad-destinarju finali jiddetermina jekk hemmx bżonn ta' din il-liċenzja f'każ ta' oġġetti in transitu minn Malta.

Applikazzjoni għall-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Militari

Ir-Regolamenti tal-2001 dwar il-Kontroll fl-Esportazzjoni ta' Tagħmir Militari jipprovdu biex jinħarġu awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni rigward armi, munizzjon, splussivi, aġenti tossikoloġiċi u tagħmir militari ieħor, inklużi vetturi militari, bastimenti tal-gwerra, ajruplani u apparat elettroniku. Lista ta' tagħmir militari li jinħtieġ awtorizzazzjoni tinstab fl-Anness għal dawn ir-regolamenti. F'każ ta' oġġetti in transitu minn Malta, il-pajjiż tad-destinarju finali jiddetermina jekk hemmx bżonn ta' din il-liċenzja jew le.

Applikazzjoni sabiex tinħareġ Merkanzija minn taħt il-Kontroll tad-Dwana

Konsenji ta' prodotti farmaċewtiċi li jidħlu f'ċirkolazzjoni ħielsa u speċifikament ikunu ser jintużaw f'Malta għandhom bżonn it-timbru tad-Dipartiment tal-Kummerċ qabel ma jiġu rilaxxati mid-Dwana. L-importatur jew aġent li jkun qed jirrapreżenta lill-importatur huwa eliġibbli biex jissottometti din l-applikazzjoni.

Liċenzja ta’ Esportazzjoni

L-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti biss hija soġġetta għall-esportazzjoni li tinħareġ mid-Dipartimet tal-Kummerċ. Dawn il-prodotti huma elenkati fl-iskeda skont ir-Regolamenti tal-2004 dwar Kontroll tal-Esportazzjoni (SL 117.02).

Liċenzja ta’ Importazzjoni

L-importazzjoni ta' ċerti oġġetti biss hija soġġetta għal liċenzja ta' importazzjoni maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ. Dawn l-oġġetti huma elenkati fl-iskedi tar-Regolamenti tal-2004 dwar il-Kontroll ta' Importazzjoni (SL 117.2004).

Liċenzji Kummerċjali

Applikazzjoni għal-Liċenzja tal-Kummerċ tal-Aġenzija ta’ Referenza Dwar Kreditu

Skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 Regolamenti dwar Liċenzji tan-Negozji, liċenzja hija meħtieġa biex twettaq in-negozju ta’ aġenzija ta’ referenza ta’ kreditu. L-applikazzjoni għal liċenzja bħal din tinkludi r-rekwizit mandatorju biex jiġu sottomessi diversi dokumenti u,wkoll għandha l-ħlas ta’ 500 Ewro, liema ħlas ma jingħatax lura.

Car Boot Sale Licence (Formola G)

Din il-formola ġġib liċenzja biex tagħmel car boot sale. Il-liċenzja tinħareġ fi żmien massimu ta' għaxart ijiem ta' xogħol.

Estensjoni ta’ Żmien għal Bejjiegħ Sostitut fit-Toroq (Formola D)

Din il-formola ġġib permess lil bejjiegħ sostitut biex joqgħod flok dak li għandu l-liċenzja prinċipali għal aktar minn xahar minħabba raġunijiet speċifiċi familjari. Il-liċenzja ġdida tinħareġ fi żmien massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol.

Formola biex tikkanċella Liċenzja Eżistenti għan-Negozju

Din il-formola tħassar il-liċenzja eżistenti għan-negozju. Persuni naturalizzati u kumpaniji kummerċjali jew soċjetajiet kummerċjali li jkollhom diġà liċenzja għan-negozju huma eliġibbli biex jissottomettu din l-applikazzjoni.

Liċenzja għal Fiera u Esibizzjoni Kummerċjali

B'din il-formola tingħata liċenzja biex tagħmel Fiera u/jew Esibizzjoni Kummerċjali biex tiftaħ il-Ħadd jew f'festa pubblika. Il-liċenzja tinħareġ fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol.

Liċenzja għal-Bejgħ Bieb b’Bieb (Formola H)

B'din il-formola tingħata liċenzja biex persuna tipprovdi jew tforni kull tip ta' oġġetti jew servizzi (relatati mal-attivitajiet kummerċjali elenkati fl-Ewwel Taqsima tal-Ewwel Skeda) permezz ta' kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb, sew jekk l-offerta ma tintalabx minn persuna li tkun qiegħda ssirilha l-offerta u sew jekk tintalab minn din il-persuna bi tweġiba għal xi reklam, imma ma tinkludix il-bejjiegħa tal-ikel u x-xorb li jbiegħu il-prodotti tagħhom bieb b'bieb. Il-liċenzja ġdida tinħareġ fi żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

Liċenzja ta’ Aġent tal-Marketing

B'din il-formola tingħata liċenzja ta' Aġent tal-Marketing (bejgħ). L-iskop ta' din il-liċenzja huwa li jippermetti l-użu ta' vettura kummerċjali minn fejn jinbiegħu oġġetti bl-imnut minn impjegat jew aġent f'isem id-detentur tal-liċenzja. Dil-liċenzja tkun meħtieġa għal kull vettura li tintuża għal attività simili.

Liċenzja ta’ Bejjiegħ fit-Triq

B'din il-formola tingħata liċenzja għal bejjiegħ tal-ikel jew affarijiet oħra mhux tal-ikel fit-toroq. Il-liċenzja tinħareġ fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol.

Liċenzja ta’ Bejjiegħ Sostitut fit-Toroq jew bil-Posta (Formola C)

Din il-formola ġġib liċenzja għal bejjiegħ sostitut għal perjodu ta' mhux aktar minn xahar magħduda flimkien f'perjodu ta' sena tal-liċenzja. Il-liċenzja ġdida tinħareġ fi żmien massimu ta' għaxart ijiem ta' xogħol.

Liċenzja ta’ Bejjiegħ tal-Monti (Bejjiegħ bil-Posta)

B'din il-formola tingħata liċenzja għal bejjiegħ bil-posta tal-ikel u xorb jew mhux tal-ikel u xorb fil-lokalitajiet kollha fejn hemm Suq stabbilit ħlief għall-Belt Valletta, Marsaxlokk (is-Suq fil-beraħ ta' kuljum minbarra l-Ħdud) u r-Rabat, Għawdex. Il-liċenzja tinħareġ f’massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

Liċenzja ta’ Irkantatur (Formola F)

B'din il-formola tingħata liċenzja ta' Irkantatur. Il-liċenzja ġdida tinħareġ fi żmien massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol.

Trasferiment ta’ Liċenzja ta’ Bejjiegħ bil-Posta (Formola E)

B'din il-formola tingħata permess għat-trasferiment ta' Liċenzja ta' Bejjiegħ bil-Posta minn post fiss f'suq fil-beraħ jew kjosk fiss. Il-liċenzja ġdida tinħareġ fi żmien massimu ta' ħames tijiem tax-xogħol.

Taqsima tal-Artiġjanat, SOLVIT, IMI u Drittijiet tal-Awtur

Artiġjanat

Reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Imprendituri tal-Artiġjanat

Ir-Reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Imprendituri tal-Artiġjanat sabiex wieħed jiġi inluż fir-Reġistru tal-Artiġjanat hija fuq bażi volontarja u bla ħlas. Artiġjani u Imprendituri tal-Artiġjanat li jkunu reġistrati mal-Uffiċċju tar-Reġistratur ikollhom profil fuq ir-reġistru Online u jistgħu ukoll jieħdu ċertifikati li jkunu jistgħu jqiegħdu mal-prodotti tagħhom jew mal-vetrina tal-ħanut tagħhom. Ikunu wkoll inklużi fil-lista tal-posta tal-Fondazzjoni għall-Artiġjanat Malti sabiex ikunu nfurmati dwar attivitajiet organizzati mill-Fondazzjoni.

SOLVIT

Formola tal-Ilmenti SOLVIT

SOLVIT jista' jgħinek meta d-drittijiet tiegħek bħala ċittadin tal-UE jew bħala negozju jinkisru minn awtoritajiet pubbliċi f'pajjiż ieħor tal-UE, u għadek ma ħadtx il-każ tiegħek il-Qorti (wasalt biex) għalkemm aħna nistgħu ngħinuk jekk int għadek kemm ressaqt appell amministrattiv. Ċittadini u negozji huma eliġibbli biex jissottomettu din l-applikazzjoni.

L-aħħar aġġornament

L-aħħar aġġornament tas-26 ta’ Settembru 2025