Aħbarijiet
L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Network tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Dawn issa qablu dwar dokument addizzjonali ta’ Prattika Komuni dwar it-trademarks bil-għan li jiġu stabbiliti xi prinċipji ġenerali dwar it-tqabbil ta’ oġġetti u servizzi, b’mod aktar speċifiku, dwar it-trattament ta’ termini nieqsa miċ-ċarezza u mill-preċiżjoni u l-interpretazzjoni komuni tal-kriterji Canon u fatturi oħra, kif ukoll xi eżempji biex juru d-dikjarazzjonijiet maqbula.
Jekk jogħġbok żur il-paġna CP15 fuq il-websajt tal-EUIPN għal aktar informazzjoni: https://www.tmdn.org/publicwebsite/#/practices/2718939
12/03/2025
L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Netwerk tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (1) ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Dawn issa qablu dwar dokument addizzjonali ta’ Prattika Komuni/Rakkomandazzjonijiet Komuni dwar trademarks bil-għan li jipprovdu prinċipji ġenerali rigward evidenza fi proċeduri tal-appell għal trademarks, b’mod partikolari, it-tipi, il-mezzi, is-sorsi u l[1]identifikazzjoni tad-dati relevanti tagħha, kif ukoll l-istruttura u s-sottomissjoni tagħha, u t-trattament ta’ evidenza kunfidenzjali.
Id-dokument CP12 il-ġdid jista' jiġi aċċessat fuq: https://www.tmdn.org/#/practices/1819736
09/05/2024
L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Netwerk tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jkomplu jikkollaboraw fil-kuntest ta' prattiki konverġenti ta' trade marks u disinni. Issa qablu dwar dokument addizzjonali ta’ Prattika Komuni dwar it-trade marks bil-għan li jipprovdu fehim komuni tal-kunċett ġenerali ta’ mala fide u ta’ kunċetti oħra, inkluża terminoloġija relatata mal-valutazzjoni tagħha, kif ukoll fatturi u xenarji li jistgħu jkunu rilevanti. fil-valutazzjoni.
Żur din is-sit għal aktar informazzjoni: https://www.tmdn.org/#/practices/2537136
06/05/2024
L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Network tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Issa qablu dwar dokument ta’ Prattika Komuni addizzjonali dwar it-trademarks bl-għan li jipprovdu fehim komuni dwar il-kunċetti tal-ordni pubbliku u l-prinċipji aċċettati tal-moralità, li jiċċara r-relazzjoni u d-differenzi bejn dawn iż-żewġ kunċetti. Barra minn hekk, dan jistabbilixxi kriterji komuni għall-valutazzjoni ta’ jekk sinjal huwiex kuntrarju għall-ordni pubbliku u/jew għall-prinċipji aċċettati tal-moralità u jipprovdi eżempji illustrattivi tal-kriterji u l-gruppi ta’ sinjali identifikati.
Jekk jogħġbok żur il-link li ġejja għal aktar informazzjoni dwar CP14 permezz ta' TMDN: https://www.tmdn.org/publicwebsite/#/practices/2547782
19/04/2024