Gwida dwar kif timtela l-Formola tal-Applikazzjoni għall-Liċenzja tal-Esportazzjoni

Il-formola tal-applikazzjoni tikkonsisti f’5 folji, stampati minn wara u minn quddiem. Meta applikazzjoni tirnexxi, Folji 1 u 2 (paġni 1 sa 4) isiru l-liċenzja tal-esportazzjoni. Folji 3, 4 u 5 (paġni 5 sa 9) jinżammu mid-Dipartiment. Huwa importanti li l-informazzjoni mdaħħla fil-kopja tad-Detentur tiġi replikata fil-kopja tal-Awtorità tal-Ħruġ. Meta l-formoli jiġu kkompilati online dan jiġri awtomatikament.

Il-formola trid tkun iffirmata mill-esportatur jew mid-dikjarant/rappreżentant, li għandu jimmarka l-kaxxa rilevanti fit-Taqsima 4.

L-applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni fiha wkoll Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Dejta fuq Paġna 9.

Oġġetti soġġetti għal Liċenzjar ta' Esportazzjoni u li jeħtieġu approvazzjoni minn Entità Esterna Awtorità ta' Endorsjar Indirizz tal-Awtorità ta' Endorsjar
Antikitajiet u oġġetti u oġġetti ta’ valur storiku

Karrettuni, kabini u landaus
Sovrintendenza tal- Wirt Kulturali
173, Triq San Kristofru, Valletta VLT2000
Ġebel Malti u oġġetti magħmulin minnu
Malta Resources Authority
Millennia Building, 2nd Floor, Aldo Moro Road, Marsa MRS9065
Djamanti mhux maħduma tal-intestaturi 7102.10, 7102.21 u 7102.31
Direttur Servizzi tal-Kummerċ
Lascaris Bastions, Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta VLT1933

Fil-formola tal-applikazzjoni, għandhom jimtlew biss il-kaxxi sfumaturi bil-griż ċar. Dawn huma t-taqsimiet dwar l-oġġetti li għandhom jiġu esportati, dwar it-trasport u d-destinazzjoni u dwar l-applikant. Il-bqija tal-formoli se jimtlew jew mid-Dipartiment tal-Kummerċ jew mill-entitajiet li japprovaw fejn applikabbli.

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta f’kull taqsima hija dettaljata hawn taħt:

TAQSIMA LI GĦANDHOM JIMMILI MILL-APPLIKAT KEMM FIL-KOPJA TAD-DETENTUR KIF UKOLL FIL-KOPJA TAL-AWTORITÀ TAL-ĦRUĠ

TAQSIMA 1. MERKANZIJA LI SE TIĠI ESPORTATA

Kodiċi SA

Kodiċi HS wieħed għal kull applikazzjoni.

Il-Kodiċi HS għandu jiġi pprovdut f’livell ta’ 4 ċifri bħala minimu, iżda jekk possibbli livell ta’ 10 ċifri.

Deskrizzjoni tal-prodott (skond in-Nomenklatura Magħquda)

Deskrizzjoni qasira tal-merkanzija.

Kwantità

Din il-figura trid tindika b’mod ċar il-kwantità li hija mistennija li tiġi esportata fit-terminu ta’ validità tal-liċenzja.

Unità ta’ miżura

L-unità tal-kejl tiddeskrivi l-kwantità (eżempju: kilogrammi, bottijiet, unitajiet, eċċ.).

TAQSIMA 1.1 PRODOTTI TAŻ-ZEJT

Din it-taqsima trid timtela biss għall-Kodiċi HS 2710.

Agħżel waħda miż-żewġ għażliet kif applikabbli: Pajjiż ta’ Oriġini jew Bunkering.

Pajjiż tal-oriġini

Il-pajjiż minn fejn ġie estratt iż-żejt mhux raffinat.

Bunkering – minn maħzen tas-Sisa

Indika l-isem tal-Maħżen tas-Sisa u n-numru tas-Sisa tiegħu fil-kaxxa rispettiva taħt l-intestatura.

TAQSIMA 2. TRASPORT U DESTINAZZJONI

Isem tal-Vapur/Linja tal-Ajru li Tesporta

L-isem tal-vapur jew tal-linja tal-ajru li tesporta.

Port/Ajruport fejn se tiġi żbarkata l-merkanzija

Il-port jew l-ajruport fejn il-merkanzija se tinżel.

Destinazzjoni aħħarija tal-merkanzija

Il-pajjiż tad-destinazzjoni finali.

TAQSIMA 3. APPLIKANT

Esportatur

Isem sħiħ

Id-dettalji tal-esportatur. Dan jista’ jkun ir-rappreżentant tal-kumpanija jew persuna li taġixxi fil-kapaċità tagħha stess.

Isem tal-Kumpanija u numru tal-VAT

Għandu jiġi pprovdut fejn l-esportatur ikun kumpanija.

Jekk l-esportatur huwa persuna fiżika, u l-esportazzjoni hija għal skopijiet kummerċjali, il-qasam ‘Numru tal-VAT’ jista’ jitħalla vojt.

Indirizz, numru ta’ kuntatt u l-indirizz elettroniku

Dawn huma oqsma obbligatorji fix-xenarji kollha ta’ hawn fuq.

Dikjarant/Rappreżentant

Hija l-persuna/entità li tikkompila l-applikazzjoni f’isem l-esportatur.

Isem sħiħ, Isem tal-Kumpanija u numru tal-VAT

Id-dettalji tad-dikjarant.

Jekk kumpanija, l-isem tal-persuna li tirrappreżenta l-kumpanija fil-kumpilazzjoni ta’ din l-applikazzjoni.

Jekk id-dikjarant/rappreżentant mhuwiex kumpanija, il-qasam ‘isem tal-kumpanija’ jista’ jitħalla vojt.

Jekk ir-rappreżentazzjoni ma titwettaqx bħala attività kummerċjali, in-numru tal-VAT jista’ jitħalla vojt.

Indirizz, Numru ta’ Kuntatt u l-Indirizz tal-Email

Dawn huma oqsma obbligatorji jekk ikun ġie ingaġġat dikjarant/rappreżentant.

DESTINATARJU

Dan huwa r-riċevitur finali tal-merkanzija li qed tiġi esportata.

Isem Sħiħ, Isem tal-Kumpanija u Indirizz

Isem sħiħ tad-destinatarju.

Jekk id-destinatarju huwa kumpanija l-isem tar-rappreżentant tal-kumpanija kif ukoll l-isem tal-kumpanija.

L-indirizz.

TAQSIMA 4. DIKJARAZZJONI

Immarka l-bullet applikabbli – Immarka ‘esportatur’ jekk l-applikazzjoni tkun ġiet ikkumpilata direttament mill-esportatur. Immarka ‘dikjarant jew rappreżentant’ jekk il-formola tkun ġiet ikkumpilata f’isem l-esportatur.

Skont liema bullet ġie mmarkat, l-isem sħiħ tal-esportatur jew tad-dikjarant/rappreżentant, in-numru tal-Karta tal-Identità, id-data tal-applikazzjoni u l-firma.

TAQSIMA LI GĦANDHA TIĠI KKUMPILATA MILL-AWTORITAJIET TA’ APPROVAZZJONI

TAQSIMA 5. KUNDIZZJONIJIET MILL-ENTITAJIET KOMPETENTI (KOPJA TAD-DETENTUR)

Dan mhuwiex qasam obbligatorju. Għandu jimtela mill-awtoritajiet li japprovaw meta jqisu li jkun meħtieġ li tinħareġ liċenzja soġġetta għal kundizzjonijiet dettaljati.

KKUMPILATA MID-DIPARTIMENT TAL-KUMMERĊ – AWTORITÀ TAL-ĦRUĠ

Dan huwa qasam obbligatorju għal dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom teħtieġ l-approvazzjoni minn entitajiet kompetenti. Il-lista ta’ oġġetti soġġetti għal approvazzjoni tista’ tinstab hawn fuq.

L-entità li tapprova għandha tittimbra, tiffirma, tindika d-data u l-isem tal-firmatarju fil-qasam korrispondenti.

Kwalunkwe kundizzjoni li l-entità ta’ approvazzjoni tqis li l-liċenzja għandu jkun fiha se tkun indikata fit-Taqsima 5 tal-kopja tad-Detentur, li ssir il-liċenzja mal-konklużjoni tal-ipproċessar.

TAQSIMA LI GĦANDHA TIĠI KKUMPILATA MID-DIPARTIMENT TAL-KUMMERĊ – AWTORITÀ TAL-ĦRUĠ

Jekk l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni tkun tajba, l-Awtorità tal-Ħruġ toħroġ il-liċenzja billi timla t-taqsimiet li ġejjin:

  • Numru tal-Liċenzja
  • L-Aħħar Jum ta’ Validità
  • Awtorizzazzjoni – Taqsima 6 (Kopja tad-Detentur u tal-Awtorità tal-Ħruġ)
  • Għall-użu fl-uffiċċju – Taqsima 7 (kopja tal-Awtorità tal-Ħruġ)

TAQSIMA UŻATA WARA LI L-LIĊENZJA TINĦAREĠ

TAQSIMA 7. KOPJA TAD-DETENTUR – DOGANALI

Dan huwa proċess tad-Dwana li jintuża wara li tinħareġ liċenzja. Tippermetti lill-esportatur li jesporta l-kwantità liċenzjata gradwalment maż-żmien, sad-data tal-iskadenza tal-liċenzja.