FAQs

Privattiva hija invenzjoni li hija ġdida, tinvolvi pass inventiv u hija applikabbli industrijalment.

Il-formola xierqa tista’ timtela u tintbagħat online fuq ips.gov.mt flimkien mal-astratt tal-privattiva, l-ispeċifikazzjoni u t-talbiet.

  1. Fil-każ fejn inħatar rappreżentant – għandha tiġi sottomessa wkoll kopja ċċertifikata tad-dokument tal-prokura.
  2. Fil-każ fejn qed tintalab il-prijorità – trid tiġi sottomessa wkoll kopja ċċertifikata tad-dokument ta’ prijorità. Jekk dan ma jkunx disponibbli fuq l-applikazzjoni huwa possibbli li jiġi ppreżentat id-dokument ta’ prijorità fi żmien 16-il xahar mid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni preċedenti (jiġifieri l-applikazzjoni li minnha qed tintalab il-prijorità)

L-applikanti li m’għandhomx residenza ordinarja jew post prinċipali tan-negozju f’Malta jew fi Stat Membru tal-UE, għandhom jaħtru rappreżentant lokali.

L-ispiża għall-privattiva l-ġdida hija ta’ €116.47 li tkopri l-applikazzjoni, l-għoti u l-pubblikazzjoni tal-privattiva l-ġdida. Hemm spiża addizzjonali ta’ €23.30 għal kull talba fuq l-għaxar talba.

Se jieħdu madwar tmintax-il xahar mid-data tal-applikazzjoni sad-data tal-għotja, peress li l-liġi tistipula li privattiva ma tistax tiġi ppubblikata qabel 18-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.