FAQs
Id-disinji jipproteġu d-dehra ġdida tal-prodott kollu jew ta’ parti minnu li jirriżulta mill-karatteristiċi ta’, b’mod partikolari, il-linji, il-kontorni, il-kuluri, il-forma, in-nisġa u/jew materjali tal-prodott innifsu, u/jew l-ornamentazzjoni tiegħu.
L-applikanti biss li m’għandhomx residenza ordinarja jew post prinċipali tan-negozju f’Malta jew fi Stat Membru tal-UE, għandhom jaħtru rappreżentant lokali.
Il-formola xierqa tista’ timtela u tintbagħat online fuq ips.gov.mt flimkien ma’ tpinġijiet, skeċċijiet jew dijagramma u deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ġodda tad-disinn.
- Fil-każ fejn inħatar rappreżentant – għandha tiġi sottomessa wkoll kopja ċċertifikata tad-dokument tal-prokura.
- Fil-każ fejn qed tintalab il-prijorità – trid tiġi sottomessa wkoll kopja ċċertifikata tad-dokument ta’ prijorità.
L-ispiża għal disinn ġdid hija ta’ €46.59. li jkopri l-applikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tad-disinn il-ġdid.
Hi tieħu madwar 1-2 xhur mid-data tal-applikazzjoni sad-data tar-reġistrazzjoni.