Merħba

Merħba fil-websajt uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ fejn tista’ ssib informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti u inizjattivi relatati

FILMATI T'UŻU

Kont taf li?

Nirreġistraw Trejdmarks, Disinnji u noħorġu privattivi għall-invenzjonijiet, kif ukoll Liċenzi tan-Negozju, tal-importazzjoni u esportazzjoni. nirreġistraw ukoll Artiġjani u nieħdu ħsieb iċ-Ċentru SOLVIT għal Malta.

L-AĦĦAR AĦBARIJIET

Id-Dipartiment tal-Kummerċ jixtieq jinforma lill-pubbliku li nieda l-kont uffiċjali tiegħu fuq LinkedIn. Il-kont jista’ jiġi aċċessat minn hawn: https://linkedin.com/company/commercedepartment

03.06.2026

L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Netwerk tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Din il-Prattika Komuni tistabbilixxi l-kunċett ta’ slogan u lista mhux eżawrjenti ta’ fatturi għall-valutazzjoni tal-karattru distintiv tas-slogans, kif ukoll eżempji li juru l-kriterji applikabbli u l-eżiti differenti. Dan iservi bħala referenza għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, u l-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tal-Istati Membri (IPOs tal-Istati Membri) – kollettivament imsejħa IPOs; Assoċjazzjonijiet tal-Utenti (UAs); applikanti u rappreżentanti.

16.02.2026

L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Netwerk tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Dawn issa qablu dwar dokument ta’ il-Prattika Komuni li jistabbilixxi fehim komuni tal-kunċett ta’ suġġett, kif ukoll prinċipji ġenerali dwar kif għandha titwettaq il-valutazzjoni ta’ sinjali li jiddeskrivu s-suġġett tal-oġġetti u/jew is-servizzi li għalihom qed tintalab il-protezzjoni. Din tipprovdi wkoll lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji li juru sinjali li jitqiesu bħala deskrittivi tas-suġġett tal-oġġetti u/jew tas-servizzi, kif ukoll eżempji ta’ sinjali li mhumiex. Din isservi bħala referenza għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, u l-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tal-Istati Membri (IPOs tal-Istati Membri); kif ukoll għall-Assoċjazzjonijiet tal-Utenti (UA); l-applikanti u r-rappreżentanti.

16.02.2026

L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Network tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Dawn issa qablu dwar dokument addizzjonali ta’ Prattika Komuni dwar it-trademarks bil-għan li jiġu stabbiliti xi prinċipji ġenerali dwar it-tqabbil ta’ oġġetti u servizzi, b’mod aktar speċifiku, dwar it-trattament ta’ termini nieqsa miċ-ċarezza u mill-preċiżjoni u l-interpretazzjoni komuni tal-kriterji Canon u fatturi oħra, kif ukoll xi eżempji biex juru d-dikjarazzjonijiet maqbula.

Jekk jogħġbok żur il-paġna CP15 fuq il-websajt tal-EUIPN għal aktar informazzjoni: https://www.tmdn.org/publicwebsite/#/practices/2718939

12.03.2025

L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Netwerk tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (1) ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Dawn issa qablu dwar dokument addizzjonali ta’ Prattika Komuni/Rakkomandazzjonijiet Komuni dwar trademarks bil-għan li jipprovdu prinċipji ġenerali rigward evidenza fi proċeduri tal-appell għal trademarks, b’mod partikolari, it-tipi, il-mezzi, is-sorsi u l[1]identifikazzjoni tad-dati relevanti tagħha, kif ukoll l-istruttura u s-sottomissjoni tagħha, u t-trattament ta’ evidenza kunfidenzjali.

Id-dokument CP12 il-ġdid jista' jiġi aċċessat fuq: https://www.tmdn.org/#/practices/1819736

09.05.2024

L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Netwerk tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jkomplu jikkollaboraw fil-kuntest ta' prattiki konverġenti ta' trade marks u disinni. Issa qablu dwar dokument addizzjonali ta’ Prattika Komuni dwar it-trade marks bil-għan li jipprovdu fehim komuni tal-kunċett ġenerali ta’ mala fide u ta’ kunċetti oħra, inkluża terminoloġija relatata mal-valutazzjoni tagħha, kif ukoll fatturi u xenarji li jistgħu jkunu rilevanti. fil-valutazzjoni.

Żur din is-sit għal aktar informazzjoni: https://www.tmdn.org/#/practices/2537136

06.05.2024

L-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali tan-Network tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea ikomplu jikkollaboraw fil-kuntest tal-prattiki konverġenti tat-trademarks u d-disinji. Issa qablu dwar dokument ta’ Prattika Komuni addizzjonali dwar it-trademarks bl-għan li jipprovdu fehim komuni dwar il-kunċetti tal-ordni pubbliku u l-prinċipji aċċettati tal-moralità, li jiċċara r-relazzjoni u d-differenzi bejn dawn iż-żewġ kunċetti. Barra minn hekk, dan jistabbilixxi kriterji komuni għall-valutazzjoni ta’ jekk sinjal huwiex kuntrarju għall-ordni pubbliku u/jew għall-prinċipji aċċettati tal-moralità u jipprovdi eżempji illustrattivi tal-kriterji u l-gruppi ta’ sinjali identifikati.

Jekk jogħġbok żur il-link li ġejja għal aktar informazzjoni dwar CP14 permezz ta' TMDN: https://www.tmdn.org/publicwebsite/#/practices/2547782

19.04.2024