MaltaCrafts Mobile App Politika ta‘ Privatezza

Il-Gvern ta’ Malta bena l-MaltaCrafts Mobile App bħala app mingħajr ħlas. Dan is-servizz huwa pprovdut mill-Gvern ta’ Malta bla ħlas u huwa maħsub biex jintuża kif inhu.

Aħna mpenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utenti tagħna u mhux se niġbru l-ebda informazzjoni personali dwar l-utenti sakemm ma tiġix ipprovduta volontarjament. Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad- Dejta (Kap 586), għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħand l-utenti u se nirrispettaw dan id-dmir. Nieħdu miżuri kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddu l-ebda dettalji miġbura minn viżitaturi u utenti lil xi partijiet terzi sakemm ma jingħatax il-kunsens biex nagħmlu dan jew kif awtorizzat mil-liġi.

Kif nipproċessaw id- dejta personali?

Indirizz IP, post u ID tal-Apparat

Is-server tal-web iżomm rekords limitat dwar l-indirizzi tal-IP, il-post tal-apparat mobbli fuq l-Internet, u l-ID tal-apparat għal skopijiet ta’amministrazzjoni tas-sistemi u soluzzjoni tal-problemi. Aħna ma nużawx dawn il-biċċiet ta’ informazzjoni biex insegwu l-imġieba tal-utent fuq l-app mobbli.

Formola Ikkuntattjana

Meta tuża l-paġna ta’ kuntatt magħna online tal-websajt, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal skopijiet ta’ kuntatt. L-informazzjoni kollha u kwalunkwe  dejta personali li s-suġġetti tad-dejta jistgħu jiddeċiedu li jipprovdulna fil-formola Ikkuntattjana għandhom jiġu pproċessati biss għall-iskop strett li jwieġbu għall-mistoqsija.

Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ dejta li s-sit jittrasferixxi lill-hard drive tal-kompjuter tas-suġġett tad-dejta meta l-utent iżur il-websajt. Din il-websajt tagħmel użu limitat mill-cookies u konsegwentement, għal aktar informazzjoni, l-utenti qed jiġu ggwidati biex iżuru l-paġna tal-Politika ta’ Privatezza tal-websajt tagħna​.

Drittijiet tas-Suġġetti tad-Data

Is-suġġetti tad-dejta jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jaċċessaw id-dejta miżmuma dwarhom. F’każ ta’ mistoqsijiet b’rabta mad-dejta miżmuma minna, jekk dan ikun il-kaz, l-utenti huma mitluba li ġentilment jikkuntattjawna billi jissottomettu talba lill-kontrollur tad-dejta xieraq permezz tal-paġna Ikkuntattjana fil-websajt.

Sigurtà

Aħna ma nkunux responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara kkawżata minn attakk distribwit ta’ ċaħda ta’ servizz, viruses jew materjal ieħor ta’ ħsara teknoloġika li jista’ jinfetta t-tagħmir mobbli tiegħek, il-programmi mobbli, id-dejta jew materjal proprjetarju ieħor minħabba l-użu tiegħek tal-app jew għat-tniżżil tiegħek ta’ kwalunkwe materjal imqiegħed fuqu, jew fuq xi ħaġa konnessa miegħu.

Kummenti jew suġġerimenti

Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok li jista’ jikkontribwixxi għal kwalità aħjar ta’ servizz ikun milqugħ u apprezzat ħafna.