DIRETTUR ĠENERALI

Director General

GODWIN WARR

BA (Hons) Business Management (UoM) MSc Management of Intellectual Property (London)

Matul l-aħħar 43 sena s-Sur Warr okkupa diversi karigi mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Industrijali u d-Dipartiment tal-Kummerċ.

Is-Sur Warr inħatar Direttur Ġenerali tal-Kummerċ fl-2003. Barra minnhekk jservi bħala Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Intraprendituri tas-Snajjau kif ukoll bħala Kontrollur tal-Proprjetà Industrijali. Huwa jirrappreżenta lil Malta fil-Kunsill Amministrattiv u numru ta’ Kumitati tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi, fil-Bord tat-Tmexxija u l-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-UE u fl-Assemblej tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali.

Is-Sur Warr wettaq ukoll dmirijiet bħala Chairman tal_Kunsill Malti tal-Artiġjanat Deputat Chairman Awtorita Maltija tal-Istandards u Chairman Sugar State Aid Committee. Huwa kien strumentali fil-preparazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ Malta dwar id-dossier tal-Proprejata Intelletuali għall-adeżjoni mad-WTO u mal-UE u matul il-Presidenza Maltija tal-UE mexxa t-tim nazzjonali li jippresiedi l-Gruppi ta’ Ħidma tal- tal-Proprejata Intelletuali. Barra minhekk mexxa l-abbozzar ta’ diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni relatati mal- Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, Kummerċ u Artiġjanat. Waqqaf ukoll il-qafas oriġinali għal Premju Nazzjonali għall-Appoġġ lin-Negozju, għal Premju Proprjetà Intelletwali Malta’ u għal Premju Ġieħ l-Artiġjanat.

Is-Sur Warr huwa Chevening Scholar u visiting lecturer dwar aspetti internazzjonali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Università ta’ Malta.