Avviż lill-importaturi dwar prodotti speċifiċi

Kodiċi HS 2710 – Petrol, diesel, pitrol, karburanti għall-avjazzjoni, u żjut karburanti:

L-applikazzjonijiet għall-importazzjoni ta’ prodotti petroliferi għandhom jinkludu:

  • Kopja taċ-Ċertifikat tal-Oriġini (COO) Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-Kamra tal-Kummerċ. Iċ-ċertifikati maħruġa mir-raffineriji mhumiex aċċettati.

Dikjarazzjoni ffirmata mill-importatur li tiċċertifika li s-COO huwa ġenwin. Id-dikjarazzjoni għandha ssir fuq il-mudell ​​ipprovdut.

  • L-applikazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi li għandhom Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles mal-Unjoni Ewropea, jistgħu jiġu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ EUR 1 minflok COO. Tali applikazzjonijiet għandhom bl-istess mod ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni ffirmata msemmija hawn fuq.
  • L-applikazzjonijiet li jinvolvu prodotti petrolifiċi li jitilqu minn pajjiż tal-UE taħt is-Sistema tal-Moviment u l-Kontroll tas-Sisa (EMCS), jistgħu jiġu akkumpanjati minn kopja tad-Dokument Amministrattiv elettroniku (eAD) minflok is-COO. Madankollu, is-COO jintalab jekk ikun meħtieġ u jekk l-eAD ikun nieqes.

Applikazzjonijiet għall-importazzjoni ta’ kampjuni ta’ pitrolju maħsuba esklussivament għall-ittestjar, huma eżenti mir-rekwiżit li tiġi pprovduta dokumentazzjoni ta’ sostenn, madankollu l-limitu tal-liċenzja huwa ta’ mija ħamsin (150) litru​.

L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata onlajn permezz ta’ formoli elettroniċi filwaqt li d-dokumenti ta’ sostenn iridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil [email protected] u jikkwotaw l-importatur, il-pajjiż tal-importazzjoni, il-prodott u l-kwantità. L-applikazzjonijiet mhux akkumpanjati minn dawn id-dokumenti se jitqiesu bħala mhux kompluti u mhux se jiġu pproċessati aktar.

Nota ta’ gwida​ mill-Bord għall-Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet dwar is-sanzjonijiet fil-Libja hija għall-attenzjoni tal-istess importaturi.

Kodiċi HS 3808 — Insettiċidi, rodentiċidi, funġiċidi, erbiċidi, prodotti kontra n-nebbieta u regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, diżinfettanti u prodotti simili, imħejjija f’forom u pakketti għal bejgħ bl-imnut jew bħala preparazzjonijiet jew oġġetti (pereżempju, faxex, ftejjel u xemgħat ittrattati bil-kubrit, u karti tad-dubbien).

Fit-taqsima 1 tal-applikazzjoni, taħt Deskrizzjoni tal-Prodott, indika l-isem tad-ditta tal-prodott li għandu jiġi importat. Barra minn hekk, l-applikazzjoni għandha tinkludi kopja ta’:

  1. Id-dokument ta’ notifika/awtorizzazzjoni maħruġ mill-MCCAA.
  2. It-tikketta tal-prodott.

L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata onlajn filwaqt li d-dokumenti ta’ sostenn għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil [email protected] u jikkwotaw l-importatur, il-pajjiż tal-importazzjoni, il-prodott u l-kwantità. L-applikazzjonijiet mhux akkumpanjati minn dawn id-dokumenti se jitqiesu bħala mhux kompluti u mhux se jiġu pproċessati aktar.

Kodiċi HS 3004 – Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ titlu Numru 30.02. 30.05 jew 30.06) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f’dożi mkejla jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut, għal għanijiet veterinarji.

B’effett mis-7 ta’ Ġunju 2021, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjoni ċara tal-oġġett li qed jiġi applikat li jispeċifika l-isem sħiħ tal-prodott, l-ingredjent/i attiv/i tal-prodott, il-manifattur u l-indikazzjonijiet tal-użu. Barra minn hekk, hija meħtieġa d-dokumentazzjoni li ġejja:

  1. Ritratti tal-pakkett ta’ barra u ta’ ġewwa mill-erba’ naħat kollha.
  2. Kopja tal-fuljetti ġewwa l-pakkett, jekk disponibbli.

L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata onlajn permezz ta’ formoli elettroniċi filwaqt li d-dokumenti ta’ sostenn iridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil [email protected] li jikkwota l-importatur u l-isem tal-prodott. L-applikazzjonijiet mhux akkumpanjati minn dawn id-dokumenti se jitqiesu bħala mhux kompluti u mhux se jiġu pproċessati aktar.

Kodiċi HS 3003 – Mediċini (​esklużi oġġetti ta’ l-intestatura Nru 30.02, 30.05 jew 30.06), li jikkonsistu f’żewġ kostitwenti jew aktar li jkunu tħalltu flimkien għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, mhux imqiegħda f’dożi mkejla, jew f’forom jew pakketti għall-bejgħ bl-imnut, għal skopijiet veterinarji.

Minn Novembru 2023, l-istess rekwiżiti li japplikaw għall-Kodiċi HS 3004, huma estiżi għal din il-kategorija tal-prodott.

Aġġornata l-aħħar

Aġġornata l-aħħar fis-7 ta’ Novembru 2023