Stediniet qarrieqa biex jitħallsu t-tariffi

Ġejna infurmati li l-applikanti lokali għat-trademarks, għall-privattivi u għad-disinji qed jirċievu talbiet biex iħallsu tariffi li ma joriġinawx mid-Direttorat għar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetá Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ u li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għat-trademarks, għall-privattivi u għad-disinji li jsiru minn dan l-uffiċċju.

Qegħdin ninfurmawkom b’dawn it-talbiet u fejn hemm dubju ġentilment nitolbukom tikkuntattjaw lil dan l-uffiċċju fuq 25690199.

Wieħed jistá jara kampjun ta’ ittra ta’ stedina billi jikklikkja hawn.