Konsenji ta’ prodotti farmaċewtiċi li jidħlu f’ċirkolazzjoni ħielsa u speċifikament ikunu ser jintużaw f’Malta għandhom bżonn it-timbru tad-Dipartiment tal-Kummerċ qabel ma jiġu rilaxxati mid-Dwana. L-importatur jew aġent li jkun qed jirrapreżenta lill-importatur huwa eliġibbli biex jissottometti din l-applikazzjoni.