Links

Uffiċċji Intergovernattivi tal-PI

Dawn li ġejjin huma t-tliet Organizzazzjonijiet Intergovernattivi li Malta hija membru nazzjonali tagħhom:

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

L-EUIPO hija l-aġenzija uffiċjali tal-Unjoni Ewropea responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ trademarks u disinni li huma validi fit-28 pajjiż tal-UE kollha. Żur il-websajt tagħhom fuq: https://euipo.europa.eu

Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi

L-EPO jipprovdi proċedura ta’ applikazzjoni uniformi għal inventuri individwali u kumpaniji li jfittxu protezzjoni tal-privattiva sa 38 pajjiż Ewropew. Żur il-websajt tagħhom fuq: www.epo.org

Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali

Il-WIPO hija aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti. Hija ddedikata għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ proprjetà intellettwali internazzjonali bilanċjata u aċċessibbli, li tippremja l-kreattività, tistimula l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku filwaqt li tissalvagwardja l-interess pubbliku. Żur il-websajt tagħhom fuq: www.wipo.int

Rimedju jew appell

Deċiżjonijiet tal-uffiċċju li huma miftuħa għal rimedju jew appell għandhom jintbagħtu fuq [email protected] jew bil-miktub fuq:

Dipartiment tal-Kummerċ, Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali
Direttur tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali
Lascaris Bastions, Daħlet Ġnien is-Sultan,
Valletta VLT 1933, Malta

Ċaħda ta’ responsabbiltà

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-informazzjoni li tinsab f’dan is-sit hija maħruġa mid-Direttur tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ fil-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi

Aġġornata fuq

Aġġornata l-aħħar fis-7 ta’ Jannar 2026