Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2022

Vidjows
Premju Inizjattiva Kreattività
Premju Inizjattiva Kreattività #1
Premju Inizjattiva Kreattività #2
Premju Inizjattiva Xjentifika
Premju Inizjattiva Xjentifika #1
Premju Inizjattiva Xjentifika #2
Premju Inizjattiva Teknoloġika
Premju Inizjattiva Teknoloġika #1
Premju Inizjattiva Teknoloġika #2
Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti
Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti #1
Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti #2
Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti #3
Ċerimonja tal-Premjijiet
Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tat-13-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Din l-inizjattiva hija l-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2022”.
Il-Malta Intellectual Property Awards huma mmirati biex jippromwovu l-ħolqien tal-Proprjetà Intellettwali f’Malta u jirrikonoxxu kemm proġetti innovattivi li joriġinaw minn nies li huma pjuttost ġodda fil-qasam tagħhom kif ukoll dawk magħmula minn nies ta’ esperjenza fis-settur kreattiv, xjentifiku u teknoloġiku.
Din is-sena tqassmu madwar €50,000 fi premjijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon li għal din l-edizzjoni kellna proġetti ta’ livell għoli b’firxa ta’ inizjattivi fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali, trasport, kultura, avjazzjoni u edukazzjoni.
Ir-Rebbieħa tal-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2022” kienu:
Premju għall-Proprjetà Intellettwali għall-Inizjattiva Kreattiva
Rebbieħa
Solitary Bee’ – Ms Simone Cutajar and Mr Martin Bonnici
Tieni Post
Hounds of War’ – Mr Jean Pierre Magro
Premju għall-Proprjetà Intellettwali għall-Inizjattiva Xjentifika
Rebbieħa
‘Solaqua 2.1 – the next evolution of solar from land to sea’ – Prof. Luciano Mule’ Stagno and Ing. Ryan Bugeja
Tieni Post
‘Active Control Sidestick for Aircraft Ground Operations (ACSAGO)’ – Dr. Ing. Jason Gauci, Mr Marlon Galea, Mr Alan Muscat and Mr Karl Falzon
Premju għall-Proprjetà Intellettwali għall-Inizjattiva Teknoloġika
Rebbieħa
UMNAI NEUROSYMBOLIC ARTIFICIAL INTELLIGENCE ARCHITECTURE’ – UMNAI
Tieni Post
‘Innovative Photovoltaic Cooling System (IPCoSy)’ – Ing. Ryan Bugeja and Prof. Luciano Mule’ Stagno
Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti: età bejn 16 u 30 sena għal Inizjattiva Kreattiva
Rebbieħa
‘Innovative Photovoltaic Cooling System (IPCoSy)’ – Ing. Ryan Bugeja and Prof. Luciano Mule’ Stagno
Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti: età bejn 31 sena u aktar għal Inizjattiva Kreattiva
Rebbieħa
‘AuReal’ – SAINT MARTIN’S INSTITUTE OF HIGHER EDUCATION CREATIVE COMPUTING RESEARCH TEAM
Premju tal-Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti: 31 sena ‘l fuq għal Inizjattiva Teknoloġika
Rebbieħa
‘MtiPX iPX framework for Digital Twins’ – Ms Mais Taha
Paġna aġġornata fit-12 ta’ Dicembru 2022