Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020

Vidjows
Inizjattiva Kreattività
Premju Inizjattiva Kreattività #1
Premju Inizjattiva Kreattività #2
Inizjattiva Xjentifika
Premju Inizjattiva Xjentifika #1
Premju Inizjattiva Xjentifika #2
Inizjattiva Teknoloġika
Premju Inizjattiva Teknoloġika #1
Premju Inizjattiva Teknoloġika #2
Innovatur Emerġenti
Premju Innovatur Emerġenti #1
Premju Innovatur Emerġenti #2
Premju Innovatur Emerġenti #3
Ċerimonja tal-Premjijiet
Fl-4 ta’ Diċembru 2020 saret iċ-ċeremonja sabiex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-11 il-edizzjoni tal-inizjattiva annwali li jorganizza d-Dipartiment tal-Kummerċ, li jagħmel parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Din l-inizjattiva hija il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020”.
Il-Premju Proprjeta’ Intelletwali Malta huwa mmirat biex jippromwovi l-ħolqien tal-Proprjetà Intellettwali f’Malta u jirrikonoxxi kemm proġetti innovativi li oriġinaw minn persuni li huma pjuttost ġodda fil-qasam tagħhom kif ukoll inizzjattivi kreattivi, xjentifici, teknoloġiċi magħmula minn persuni ta’ esperjenza fis-settur.
Din is-sena tqassmu madwar €50,000 fi premjijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon, partikolarment meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi li għexna flimkien, li għal din l-edizjoni kellna numru rekord ta’ applikazzjonijiet bi proġetti ta’ livell għoli b’firxa t’inizjattivi fil-qasam tas-saħħa, l-inġinjerija, arti diġitali, tal-kultura u l-arti, tar-riċerka medika u tal-edukazzjoni teknologika.
Ir-rebbieħa tal-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020” huma:
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Kreattività
Rebbieħa
‘Temi: Temi u d-Deni Irqiq – An Animated Feature Film’ – Neil Zammit and Nicholas Grima
Tieni Post
‘3 XEWQAT’ – Write Deal Association
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Xjentifika
Rebbieħa
‘Development of a Gasless approach to Trans-Oral Endoscopic Thyroidectomy via a Vestibular Approach (TOETVA)’ – Dr Christian Camenzuli
Tieni Post
‘Automatic Aerodrome Taxiway Line Detection and Cross-Track Error Estimation using Computer Vision Techniques’ – Dr. Inġ. Jason Gauci
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika
Rebbieħa
‘A multitrophic polyculture food production system for the Islands of Malta’ – Pierre Axiaq
Tieni Post
‘ReStone’ – Prof. Spiridione Buħaġiar and Perit Franco E. Montesin
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika – Innovatur Emerġenti età bejn is-16 u t-30 sena
Rebbieħa
‘Multi-Direction Auxetic Expanding Systems’ – James N. Grima-Cornish
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Xjentifika – Innovatur Emerġenti età minn 31 sena ‘l fuq
Rebbieħa
‘PHASE 1 (PH1)’ – Fabian Borg
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika – Innovatur Emerġenti età minn 31 sena ‘l fuq
Rebbieħa
‘GainChanger Overwatch’ – Simon Bonello
Paġna aġġornata fit-28 ta’ Dicembru 2020