Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019
Reklam

Kartellun
Vidjows
Gadgets Expo
MACC
Prodigy League
Malta Hip
Lab On A Molecule
Speechie
Wheel Assembly
Ċerimonja tal-Premjijiet
Fil-5 ta’ Diċembru 2019, saret iċ-ċeremonja sabiex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-10 edizzjoni tal-inizjattiva annwali li jorganizza d-Dipartiment tal-Kummerċ, li jagħmel parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Din l-inizjattiva hija il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019”.
Din kienet l-10 edizzjoni ta’ din l-inizjattiva. Il-fond għall-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” ġie mħabbar l-ewwel darba fil-baġit tal-2010, u minn dak inhar sal-lum baqgħet issir kull sena allokazzjoni ta’ fondi għal dan il-għan. Għaldaqstant, fil-baġit tal-2018 kien reġa ġie allokat fond ta’ €50,000 biex jiġi organizzat il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019”.
L-iskop tal-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” huwa biex niċċelebraw it-tkattir ta’ kultura ta’ innovazzjoni u kreattività li għandna kull interess li nippromwovu fi gżiritna. Kultura li qed naraw qed tinfirex f’diversi oqsma ta’ intrapriżi Maltin ta’ kull tip u daqs. Illum il-ġurnata qed tinbena kultura ta’ innovazzjoni u kreattività fejn qed jiġi rikonoxxut li biex l-intrapriza tibqa tirrendi u sabiex jitkattar l’ iżvilupp teknoloġiku, wiehed irid jiġedded u jkun innovativ fl-operat tiegħu kemm jekk huwa l-prodott innifsu, l-makkinarju li jintuża, l-mod ta’ presentazzjoni tal-prodotti jew fis-servizzi stess.
Il-kompetizzjoni “Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” hija maqsuma fi tlett kategoriji – dik għal Inizjattiva Kreattiva, dik għal Inizjattiva Xjentifika u dik għal Inizjattiva Teknoloġika. Barra minn hekk, hemm ukoll premju speċjali għall-Innovaturi Emerġenti. F’xi kategoriji tal-Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019 jitqassmu ukoll ċertifikati u medalji, li jingħataw bħala rikonoxximent mill-World Intellectual Property Organization (WIPO) li hija l-organizzazjoni dinija fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti li għandha r-responsabbiltà li tamministra l-proprjetà intelletwali (fi ftit kliem aspetti diversi ta’ dritt tal-awtur (copyright), privattivi (patents), trademarks u disinni).
Ir-rebbieħa tal–“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” huma:
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Kreattività
Rebbieħa
‘Malta Arts and Culture Club’ – Allura Ltd., li ngħataw premju ta’ €8,000 kif ukoll il-WIPO Medal for Creativity u ċertifikat.
Tieni Post
‘Prodigy League’ – Guerilla Ltd., li ngħataw premju ta’ €4,000.
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Xjentifika
Rebbieħa
‘MaltaHip’ – Prof. Pierre Schembri Wismayer, Prof. Ing. Joseph Buhagiar, Prof. Ing. Pierluigi Mollicone, Mr Donald Dalli mill-Università ta’ Malta, li ngħataw premju ta’ €8,000 bejniethom kif ukoll il-WIPO Medal for Inventors u ċertifikat.
Tieni Post
‘Lab-On-A-Molecule’ – Prof. David C. Magri mill-Università ta’ Malta, li ngħataw premju ta €4,000.
Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika
Rebbieħa
‘Speechie’ – Dr. Ing. Philip Farrugia, Emmanuel Balzan, Anthony Demanuele, Prof. Helen Grech, Prof. Simon Fabri, Dr. Daniela Gatt, Dr. Owen Casha, Mrs. Louisa Frendo Wirth, Ms. Loredana Buttigieg, u Mr. James Attard, mill-Università ta’ Malta li bejniethom ngħataw premju ta’ €8,000 kif ukoll il-WIPO IP Enterprise Trophy.
Tieni Post
‘Wheel Assembly 2,0’ – IBG Automation Ltd., li ngħataw premju ta’ €4,000.
Premju Proprjetà Intellettwali – Innovatur Emerġenti
Rebbieħa
‘Gadgets Expo’ – Martina Zammit, li ngħataw premju ta’ €2,000.
Fil-bagit tal-2019 reġa ġie mħabbar fond ta’ €50,000 sabiex tkompli tigi organizzata din l-inizjattiva fl-2020 wara l-10 anniversarju ta’ din is-sena. Għaldaqstant sabiex inkomplu nixprunaw l-innovazzjoni u l-kreattività, f’qasir zmien ha tiġi imnedija l-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020