Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
1. Leġiżlazzjoni
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679 u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, Kap 586 jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali kemm jekk tinżamm elettronikament jew f’forma manwali. Id-Dipartiment tal-Kummerċ huwa f’konformità mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Dejta kif stabbiliti f’tali leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta.
2.1 DIRETTORAT TAS-SERVIZZI TAL-KUMMERĊ
2.1.1 Liċenzi tal-Kummerċ
2.1.1.1 Għan tal-ġbir tad-dejta
Id-Dipartiment tal-Kummerċ jiġbor u jipproċessa informazzjoni biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu taħt l-Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ. Id-dejta kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta CAP 586, kif ukoll leġiżlazzjoni oħra rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta, ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ, u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.
2.1.1.2 Riċevituri tad-dejta
Impjegati ta’ dan id-Dipartiment, li huma assenjati biex iwettqu l-funzjonijiet ta’ dan id-Dipartiment fir-rigward tal-liċenzi tal-kummerċ, jaċċessaw id-dettalji pprovduti minnek għal dan il-għan. L-informazzjoni li tagħtina tista’ tiġi żvelata lil Dipartimenti oħra tal-Gvern u/jew Awtoritajiet Pubbliċi, bħal Kunsilli Lokali, sabiex jagħtuk is-servizz mitlub. Id-dejta personali kollha tinqasam biss kif awtorizzat mil-liġi.
2.1.2 Liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni
2.1.2.1 Għan tal-ġbir tad-dejta
Id-Dipartiment tal-Kummerċ jiġbor u jipproċessa l-informazzjoni biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu taħt l-Att dwar il-Provvisti u s-Servizzi u l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali. Id-dejta kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data CAP 586, kif ukoll leġiżlazzjoni oħra rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta, ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Importazzjoni, ir-Regolamenti tal-Kontroll tal-Esportazzjoni; ir-Regolamenti ta’ Oġġetti b’Użu Doppju (Kontroll tal-Esportazzjoni); ir-Regolamenti tat-Tagħmir Militari (Kontroll tal-Esportazzjoni); u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.
2.1.2.2 Riċevituri tad-dejta
Impjegati ta’ dan id-Dipartiment, li huma assenjati biex iwettqu l-funzjonijiet ta’ dan id-Dipartiment fir-rigward ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni, jaċċessaw id-dettalji pprovduti minnek għal dan il-għan. L-informazzjoni li tagħtina tista’ tiġi żvelata lil Dipartimenti oħra tal-Gvern u/jew Awtoritajiet Pubbliċi, bħad-Dipartiment tas-Servizzi Agrikoli, id-Dipartiment tal-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd, id-Dipartiment tal-Ikel u Regolament Veterinarju,i s-Sezzjoni tal-Prevenzjoni u Kontroll tat-Tniġġis (MEPA), is-Sezzjoni tal-Ħarsien tan-Natura (MEPA), il-Bord għall-Ħarsien mir-Radjazzjoni, l-Awtorità Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Armi Kimiċi, l-Uffiċċju tal-Armi tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u d-Direttorat tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti, fost oħrajn, sabiex jagħtuk is-servizz mitlub u għalhekk dawn l-entitajiet jista’ jkollhom aċċess għad-dejta tiegħek.
2.2 DIRETTORAT GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAL-PROPRJETÀ INDUSTRIJALI
2.2.1 Trademarks
2.2.1.1 Għan tal-ġbir tad-dejta
Id-Dipartiment tal-Kummerċ jiġbor u jipproċessa informazzjoni biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu taħt l-Att dwar it-Trademarks, Kap 597. Id-dejta kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta CAP 586, kif ukoll leġiżlazzjoni oħra rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-Att dwar it-Trademarks Kap. 597; u r-Regoli dwar it-Trademarks, SL 597.04.
2.2.1.2 Riċevituri tad-dejta
Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ, li huma vestiti bir-responsabbiltà li jwettqu l-funzjonijiet ta’ dan id-Dipartiment, jaċċessaw l-informazzjoni pprovduta mill-klijent, li tista’ tiġi żvelata wkoll lil Dipartimenti oħra tal-Gvern u/jew Awtoritajiet Pubbliċi, bħad-Dwana, il-Pulizija u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta, fost oħrajn. Entitajiet u organizzazzjonijiet lokali u barranin li huma nvoluti fil-proprjetà intellettwali jistgħu wkoll ikollhom aċċess għal din id-dejta waqt l-operazzjonijiet tagħhom għall-provvista tas-servizzi mitluba mill-klijent. L-informazzjoni miġbura hija ppubblikata u jista’ jaraha l-pubbliku inġenerali.
2.2.2 Privattivi u Disinni
2.2.2.1 Għan tal-ġbir tad-dejta
Id-Dipartiment tal-Kummerċ jiġbor u jipproċessa informazzjoni biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu taħt l-Att dwar il-Privattivi u d-Disinni, Kap 417. Id-dejta kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta CAP 586, kif ukoll leġiżlazzjoni oħra rilevanti dwar il-protezzjoni tad-Dejta, l-Att dwar Privattivi u Disinni Kap. 417; ir-Regolamenti tal-2002 dwar il-Privattivi; ir-Regolamenti tal-2002 dwar il-Privattivi (Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti); ir-Regolamenti tal-2002 dwar il-Privattivi (Prodotti Mediċinali); u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.
2.2.2.2 Riċevituri tad-dejta
Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ, li huma vestiti bir-responsabbiltà li jwettqu l-funzjonijiet ta’ dan id-Dipartiment fir-rigward ta’ privattivi u disinni, jaċċessaw l-informazzjoni pprovduta mill-klijent għal dan il-għan, li tista’ tiġi żvelata wkoll lil Dipartimenti oħra tal-Gvern u/jew Awtoritajiet Pubbliċi, bħad-Dwana, il-Pulizija, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, l-Intrapriża u l-Industrija, fost oħrajn. Entitajiet u organizzazzjonijiet lokali u barranin li huma involuti fil-proprjetà intellettwali jistgħu wkoll ikollhom aċċess għal din id-dejta waqt l-operazzjonijiet tagħhom għall-provvista tas-servizzi mitluba mill-klijent. L-informazzjoni miġbura hija ppubblikata u tista’ taraha l-pubbliku inġenerali.
2.3 Drittijiet ta’ l-Awtur, Artiġjanat, IMI u SOLVIT UNIT
2.3.1 Artiġjanat, IMI u SOLVIT
2.3.1.1 Għan tal-ġbir tad-dejta
Id-Dipartiment tal-Kummerċ jiġbor u jipproċessa informazzjoni biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu fir-rigward ta’ attivitajiet u proċessi fil-qasam ta’:
- snajja’ b’rabta mar-Reġistru għall-Artiġjanat, l-Artiġjani u l-Intraprendituri tal-Artiġjanat,
- Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) fir-rwol tiegħu bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal-IMI; u
- SOLVIT fir-rwol tiegħu bħala ċ-Ċentru SOLVIT għal Malta.
- il-Premjijiet Nazzjonali għal Appoġġ lin-Negozju
Id-dejta kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta CAP 586, kif ukoll leġiżlazzjoni oħra rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta.
Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ, li huma vestiti bir-responsabbiltà li jwettqu l-funzjonijiet ta’ dan id-Dipartiment, jaċċessaw l-informazzjoni pprovduta mill-klijent, li tista’ tiġi żvelata wkoll lil Dipartimenti oħra tal-Gvern u/jew Awtoritajiet Pubbliċi. L-informazzjoni miġbura tiġi ppubblikata u jista’ jaraha l-pubbliku in ġenerali.
3. DRITTIJIET TIEGĦEK
Inti ntitolat li tkun taf x’informazzjoni għandu u jipproċessa d-Dipartiment tal-Kummerċ dwarek u għaliex; min għandu aċċess għaliha; kif tinżamm aġġornata; x’qed jagħmel id-Dipartiment biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta CAP 586, kif ukoll leġiżlazzjoni oħra rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 2016/679 jistabbilixxi proċedura formali biex jiġu ttrattati talbiet għall-aċċess għas-suġġett tad-dejta, li d-Dipartiment tal-Kummerċ isegwi.
Is-suġġetti tad-dejta kollha għandhom id-dritt li jaċċessaw kwalunkwe informazzjoni personali miżmuma dwarhom mid-Dipartiment, mingħajr ħlas, jew fuq il-kompjuter jew f’fajls manwali.
It-talbiet għal aċċess għal informazzjoni personali mis-suġġetti tad-dejta għandhom isiru bil-miktub u ndirizzati lill-Kontrollur tad-Dejta, Dipartiment tal-Kummerċ. Id-dettalji ta’ identifikazzjoni tiegħek bħan-numru tal-ID, l-isem u l-kunjom u l-indirizz għandhom jiġu sottomessi mat-talba. F’każ li niltaqgħu ma’ diffikultajiet ta’ identifikazzjoni, tista’ tkun mitlub li tissottometti fotokopja ta’ dokument ta’ identifikazzjoni bħall-Karta tal-Identità, il-liċenza tas-sewqan jew il-passaport, liema dokument jiġi rritornat wara li tiġi stabbilita l-identifikazzjoni.
Id-Dipartiment tal-Kummerċ għandu l-għan li jikkonforma malajr kemm jista’ jkun mat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni personali u se jiżgura li din tiġi pprovduta fi żmien raġonevoli, sakemm ma jkunx hemm raġuni tajba għal dewmien. Meta talba għal aċċess ma tkunx tista’ tintlaħaq fi żmien raġonevoli, ir-raġuni tiġi spjegata bil-miktub lis-suġġett tad-dejta li jagħmel it-talba.
Is-suġġetti tad-dejta kollha għandhom id-dritt li jitolbu li l-informazzjoni tagħhom tiġi emendata, imħassra jew ma tintużax fil-każ li d-dejta ma tkunx korretta.
4. KONTROLLUR TAD-DATA
Il-Kontrollur tad-Dejta u l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta għad-Dipartiment tal-Kummerċ jistgħu jiġu kkuntattjati fid-Dipartiment tal-Kummerċ, Lascaris Bastions, Lascaris, Valletta VLT 1933 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: [email protected]. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jiġi kkuntattjat f’Sular 2, Airways House, High Street, Tas-Sliema, SLM 1549 jew fuq l-indirizz elettroniku li ġej: [email protected].