Programmi

Matul is-snin, id-Dipartiment tal-Kummerċ kien involut f’numru ta’ Proġetti, prinċipalment flimkien ma’ organizzazzjonijiet u msieħba internazzjonali fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

Dan li ġej huwa sfond qasir dwar dawn il-Proġetti:

European Union Intellectual Property Office

Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni Bilaterali

Mill-2007, id-Dipartiment tal-Kummerċ daħal fi Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni annwali mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). L-iskop ewlieni ta’ dan il-ftehim huwa li jippromwovi s-sistemi tat-Trademarks u tad-Disinn tal-Komunità f’Malta.

Attivitajiet ko-finanzjati taħt dawn il-Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni annwali jinkludu l-organizzazzjoni ta’ Kampanji ta’ Informazzjoni u Pubbliċità; Attivitajiet ta’ Outreach; u Servizzi ta’ Helpdesk.

Fond ta’ Kooperazzjoni

Il-Fond ta’ Kooperazzjoni ġie stabbilit fi Frar 2010 biex jissimplifika l-metodi ta’ ħidma u jimmodernizza l-uffiċċji tal-PI tal-UE permezz ta’ soluzzjonijiet amministrattivi aġġornati. L-EUIPO investa €50 miljun fil-Fond.

Id-Dipartiment tal-Kummerċ, permezz tal-assistenza pprovduta mill-EUIPO, implimenta għadd ta’ soluzzjonijiet disponibbli taħt il-Fond ta’ Kooperazzjoni, bħall-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ back office għat-trademarks kif ukoll għad-disinni; preżentazzjoni elettronika ta’ applikazzjonijiet ta’ trademarks u disinni u ħafna aktar. Dan l-uffiċċju jinsab ukoll fil-proċess li jimplimenta servizzi elettroniċi oħra bħat-tiġdid ta’ trademarks reġistrati u disinni.

Programm ta’ Konverġenza

Il-Programm ta’ Konverġenza tal-EUIPO jorbot lill-EUIPO ma’ uffiċċji nazzjonali u organizzazzjonijiet tal-utenti biex jipprova jilħaq bażi komuni f’oqsma fejn l-uffiċċji tal-PI għandhom prattiki differenti. Tnediet fl-2011 u tikkumplimenta x-xogħol li qed isir fuq għodod komuni tal-IT li qed isiru taħt il-Fond ta’ Kooperazzjoni.

Il-Programm ta’ Konverġenza jinkludi proġetti li jvarjaw minn tfittxija ta’ mod komuni ta’ klassifikazzjoni ta’ prodotti u servizzi meta tapplika għal trade mark jew disinn għal legalitajiet bħal jekk trademarks suwed u bojod ikoprux kuluri oħra jew le.

F’dawn il-proġetti qed jipparteċipa wkoll id-Dipartiment tal-Kummerċ, permezz tad-Direttorat tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali.

Aktar informazzjoni dwar il-proġetti ta’ hawn fuq tista’ tinstab fuq il-portal tal-EUIPN portal.

Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi

Ftehim Bilaterali ta’ Kooperazzjoni

Mill-2008 id-Dipartiment tal-Kummerċ daħal fi Ftehim ta’ Kooperazzjoni Bilaterali mal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO). L-uffiċċju bħalissa jinsab fil-proċess li jfassal Ftehim ta’ Kooperazzjoni Bilaterali għall-perjodu 2016-2018.

Proġetti taħt il- Ftehim ta’ Kooperazzjoni Bilaterali jinkludu: Attivitajiet ta’ Outreach; Għodod tas-Softwer tal-Privattivi; u Taħriġ.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-Politika ta’ Kooperazzjoni tal-EPO u n-Netwerk Ewropew tal-Privattivi tagħha tiġi pprovduta billi tikklikkja hawnhekk.

Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali

Assistenza Teknika

Id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jimplimenta numru ta’ miżuri bl-għajnuna tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), li jinkludu adeżjoni għal ċerti trattati tal-WIPO, implimentazzjoni ta’ reġistru tad-drittijiet tal-awtur; kollaborazzjoni fl-Innovation Awards; taħriġ.

Rimedju jew appell

Deċiżjonijiet tal-uffiċċju li huma miftuħa għal rimedju jew appell għandhom jintbagħtu fuq [email protected] jew bil-miktub fuq:

Dipartiment tal-Kummerċ, Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali
Direttur tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali
Lascaris Bastions, Daħlet Ġnien is-Sultan,
Valletta VLT 1933, Malta

Ċaħda ta’ responsabbiltà

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-informazzjoni li tinsab f’dan is-sit hija maħruġa mid-Direttur tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ fil-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi.

Aġġornata fuq

Aġġornata l-aħħar fil-25 ta’ Mejju 2022​​