Kif tapplika għal Trademark

Ibgħat l-Applikazzjonijiet kollha għat-Trademarks tiegħek Online

Talba ta’ Tiftix mal-Uffiċċju Nazzjonali

Huwa rakkomandat li tagħmel “Talba ta’ tfittxija ta’ qabel l-applikazzjoni” biex tfittex fil-Bażi tad-Data Nazzjonali tat-Trademarks u tiċċekkja jekk hemmx marka reġistrata simili jew identika.

It-talba għat-tfittxija għandha tinkludi:

  1. il-kelma/kliem li tixtieq li ssir it-tfittxija fuqhom;
  2. l-apparat/tikketta/logo;
  3. il-klassi jew klassijiet li tixtieq li ssir it-tfittxija fihom.

Jekk għandek xi dubji taħt liema numru ta’ klassi ta’ oġġetti u servizzi taqa’ t-trademark, il-link li ġejja tgħinek issib il-klassi korretta:

EUIPO: https://euipo.europa.eu/ec2/

Jekk jogħġbok innota li n-numri tal-klassi 1 sa 34 huma għal prodotti, filwaqt li 35 sa 45 huma għal servizzi.

It-talba ta’ tfittxija ta’ qabel l-applikazzjoni tista’ ssir jew bl-email jew bil-posta u dan is-servizz iġorr ħlas ta’ €10 għal kull kelma u għal kull klassi jew għal kull logo u għal kull klassi.

Alternattivament, tista’ ssir tfittxija fuq ir-Reġistru Nazzjonali tat-Trademarks li għalih ma huma involuti l-ebda miżati.

Iffajljar ta’ Applikazzjoni mal-Uffiċċju Nazzjonali

Għandha tiġi sottomessa applikazzjoni lid-Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali online.

Il-ħlas huwa ta’ €115 għal kull trademark għal kull klassi, u dan ikopri perjodu ta’ 10 snin mid-data tal-applikazzjoni.

Eżami u Reġistrazzjoni

Il-proċess għar-reġistrazzjoni jieħu madwar 8 (tmien) xhur mid-data tal-applikazzjoni.

  • Dan il-proċess jinvolvi l-verifika tal-korrettezza tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-ħolqien ta’ file u d-dħul u l-iskannjar fid-Database Nazzjonali tat-Trademarks;
  • L-eżami assolut tat-trademark fir-rigward tal-Leġiżlazzjoni Nazzjonali tat-Trademarks;
  • L-eżami relattiv tat-trademark fir-rigward tad-Database Nazzjonali tat-Trademarks.

Metodi ta’ Ħlas

Il-ħlas jista’ jsir jew:

  1. Direttament fl-uffiċċju, bi flus kontanti (ammont eżatt), ċekk;
  2. Bil-posta – il-formola tal-applikazzjoni flimkien ma’ ċekk pagabbli lil ‘The Controller of Industrial Property’;
  3. Online fuq: http://www.ips.gov.mt
  4. Trasferiment bankarju lil: Bank: Bank of Valletta Numru tal-kont: 40018101689 (ħlasijiet iridu jsiru minn min jibgħat) IBAN: MT58VALL22013000000040018101689 Kodiċi BIC: VALL MTMT Isem tal-Kont: Kummerċ
Skeda ta’ Drittijiet għal Applikazzjonijiet għal Trademark

Id-dokumenti jistgħu jitħallew fuq il-front desk tad-Dipartiment tal-Kummerċ kif hawn taħt:

Fix-Xitwa (1 ta’ Ottubru – 15 ta’ Ġunju): 08:00 – 1:00 & 13:30 – 15:30
Fis-Sajf (16 ta’ Ġunju – 30 ta’ Settembru): 08:00 – 12:00

Il-klijenti jistgħu wkoll jużaw is-servizzi fl-uffiċċji tal-Business First fiċ-Ċentru Joseph Grech, 2nd Floor, Cobalt House, Triq Notabile, Mrieħel, Birkirkara (website https://www.businessfirst.com.mt/) jekk ikollhom xi mistoqsijiet dwar il-preżentata tal-applikazzjonijiet tat-Trademarks, Privattivi jew Disinni.

Jekk jogħġbok, toqgħodx lura milli tikkuntattja dan l-uffiċċju għal kwalunkwe mistoqsija jew kjarifika li jista’ jkollok. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċċju tagħna fuq in-numru tat-telefon 25690340 jew ibgħat email fuq [email protected].

Rimedju jew appell

Deċiżjonijiet tal-uffiċċju li huma miftuħa għal rimedju jew appell għandhom jintbagħtu fuq [email protected] jew bil-miktub fuq:

Dipartiment tal-Kummerċ, Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali
Direttur tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali
Lascaris Bastions, Daħlet Ġnien is-Sultan,
Valletta VLT 1933, Malta

Ċaħda ta’ responsabbiltà

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-informazzjoni li tinsab f’dan is-sit hija maħruġa mid-Direttur tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ fil-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi.

Aġġornata fuq

Aġġornata l-aħħar fil-11 ta’ Mejju 2022