Drittijiet tal-Awtur Spjegati u FAQs
Id-drittijiet tal-awtur, jinkludu Kreazzjonijiet Artistiċi bħal:
- Poeżiji
- Rumanzi
- Mużika
- Pittura
- Xogħlijiet ċinematografiċi
Il-pajjiżi kollha għandhom liġijiet dwar il-Proprjetà Intellettwali mhux biss biex jipproteġu d-drittijiet morali u ekonomiċi tal-ħallieqa flimkien mad-drittijiet tal-pubbliku li jaċċessaw il-kreazzjonijiet tagħhom – iżda wkoll biex jippermettu t-trawwim ta’ ambjent kreattiv akbar permezz tal-kondiviżjoni ta’ dawn ir-riżultati – min-naħa tagħhom iwasslu għal livelli ogħla ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, kompetittività, kif ukoll kummerċ ġust.
Filwaqt li protezzjoni formali hija pprovduta għall-Proprjetà Industrijali f’Malta permezz ta’ reġistrazzjoni fid-Dipartiment tal-Kummerċ, ix-xogħlijiet tad-drittijiet tal-awtur, għalkemm mhumiex reġistrati formalment, xorta jirċievu protezzjoni statutorja awtomatikament ladarba jitqiegħdu fid-dominju pubbliku.
Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-link hawn taħt: