Bord tad-Drittijiet tal-Awtur

Il-Bord tad-Drittijiet tal-Awtur, stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 45 tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur, għandu l-awtorità li japprova talbiet għat-twaqqif u l-operat ta’ Soċjetajiet Kollettriċi f’Malta, li japprova t-tariffi mitluba u kull reviżjoni tagħhom, kif ukoll li jirrevoka kull awtorizzazzjoni biex taġixxi bħala Soċjetà Kollettriċi; u materji oħra relatati kif ipprovdut fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 415.01 bit-titolu ‘Regolamenti dwar il-Kontroll tat-Twaqqif u l-Operazzjoni tas-Soċjetajiet għall-Amministrazzjoni Kollettiva tad-Drittijiet tal-Awtur’.

Il-Bord ġie maħtur b’effett mill-20 ta’ Frar 2018 u huwa magħmul kif inhu miktub hawn taħt:

President
Dr Ivan Sammut

Membri
Ms Stephanie Pace Hili
Sur Fredrick Cutajar

Sottomembru
Dr Maxilene Bonett

Segretarju tal-Bord
Is-Sinjura Rachel Cardona
Email: [email protected]

Il-korrispondenza kollha għandha tiġi indirizzata lis-Sinjura Rachel Cardona, Segretarja, Bord tal-Copyright, Millenia Buildings, 1st Floor, Triq Aldo Moro, Marsa.