FAQs
Il-kunflitti ġeopolitici bejn l-Ukrajna u r-Russja u l-kunflitt f’Gaża, introduċew elementi ta’ inċertezza ekonomika globali, wara t-tħarbit tal-COVID-19. Din l-inċertezza ġeo-politika qed tkompli tikkaġuna piżijiet sproporzjonati, fuq kollox bl-inflazzjoni ta’ prodotti essenzjali tal-ikel. Malta mhix eċċezzjoni u l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-ikel kienet 7.5% f’Novembru. Il-Gvern Malti qed jagħmel dak kollu possibli sabiex ikun ta’ tarka għaċ-ċittadini u n-negozji Maltin kontra din l-inflazzjoni fosthom billi qed jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija. Sabiex inkomplu nsostnu s-settur agrikolu, kif ukoll inżommu l-prezz tal-ikel bażiku stabbli, bħall-ħobż, il-Gvern qiegħed jagħti għajnuna fuq l-prezzijiet tal-ġwież, d-dqiq u ċ-ċereali. Il-Gvern qed jagħti wkoll ċekkijiet ta’ stimolu lin-nies, kompla jraħħas t-taxxa fuq id-dħul mill-overtime u l-part-time, kompla jraħħas ċerta mediċini essenzjali jew jagħti għajnuna fuqhom, u introduċa l-COLA addizzjonali. Fuq kollox fil-Budget 2024 ingħatat żieda rekord għall-għoli tal-ħajja ta’ €12.81 fil-ġimgħa u ta’ €15 fil-ġimgħa għall-pensjonanti. Dan apparti l-akbar żieda fl-istorja għall-familji bit-tfal fiċ-children’s allowance u għotja ġdida għall-ġenituri ta’ wlied li jkomplu jistudjaw wara s-16-il sena. Fl-assenza ta’ din l-għajnuna kollha, l-piż tal-inflazzjoni fuq il-familji kien ikun ħafna ogħla.
Bħala Ministeru responsabbli mill-Ekonomija, ser inkomplu nagħmlu minn kollox sabiex filwaqt li nkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna b’mod sostenibbli, inkomplu niġġieldu l-inflazzjoni kemm għall-ġid tal-familji u n-negozji tagħna iżda wkoll biex nassiguraw li l-ekonomija Maltija tibqa’ kompetittiva.
Din l-inizjattiva twieldet proprju għal dan il-għan, sabiex apparti mill-għajnuniet li diġà qed jingħataw, kif spjegat aktar ’il fuq, inkomplu ntaffu d-daqqiet tal-inflazzjoni bl-aktar arma effettiva: stabbiltà u tnaqqis fil-prezzijiet ta’ ikel essenzjali.
Matul dawn l-aħħar xhur saru diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-impurtaturi u l-bejjiegħa maġġuri ta’ pajjiżna u ġew identifikati 15-il kategorija ta’ ikel li n-nies l-aktar li jikkonsmaw prodotti tagħhom, u li l-aktar qed jaffettwaw in-nefqa tal-familji Maltin u Għawdxin. Dawn id-diskussjonijiet wasslu għal ftehim bejn il-Gvern, l-importaturi u l-bejjiegħa sabiex għal perjodu ta’ ftit aktar minn disa’ xhur (bejn l-1 ta’ Frar 2024 u d-data li fiha jitħabbar il-Budget għas-sena 2024 – normalment lejn in-nofs u tmiem Ottubru), il-prodotti tal-ikel taħt il-kategoriji magħżula mhux talli jinżammu bi prezz stabbli u ma jibqgħux jogħlew, talli saħansitra r-Recommended Retail Price tagħhom ser jinżel bi 15% meta mqabbel mar-Recommended Retail Price tal-istess prodotti hekk kif kien fil-31 t’Ottubru 2023. Dan ser iwassal għal roħs fil-prezz aħħari (shelf price) li jesperjenza l-konsumatur. L-istabbiltà fil-prezz u r-roħs qed ikunu offruti grazzi għal mekkaniżmu konġunt bejn l-importaturi u l-bejjiegħa li t-tnejn flimkien iddeċidew li għall-perjodu stabbilit jerfgħu biċċa mill-piż flimkien u jroddu l-benefiċċju lill-konsumaturi. F’ċirkostanzi normali mingħajr din l-inizjattiva, il-probabbiltà hi li dawn il-prezzijiet ikomplu jerfgħu rashom ’il fuq.
Jiddependi. Normalment, l-importaturi jissettjaw ir-Recommended Retail Price lil tal-ħanut (il-bejjiegħ). Dan tal-aħħar imbagħad jiddeċiedi hu jibqax miegħu, jew jinżel taħtu sabiex ikun aktar kompetittiv. Dan jiddependi minn diversi fatturi fosthom volumi ta’ bejgħ, offerti u tattiċi u konsiderazzjonijiet oħra tas-suq.
The 15% discount is on the Recommended Retail Price as of October 31, 2023.
Jiddependi. Il-probabbiltà hi li kull prezz ta’ dawn il-prodotti ser ikollu xi tnaqqis iżda mhux neċessarjament bi 15%. Jista’ jkun anqas, u jista’ ukoll ikun aktar.
Eżempju 1: Jekk fl-aħħar t’Ottubru li għadda ħanut xtara prodott mingħand l-importatur tiegħu u dan tal-aħħar irrakkommandalu Retail Price ta’ €1, u tal-ħanut biegħu eżatt €1, allura tal-ħanut issa jrid jibda jbiegħu mhux ogħla minn €1 – 15% = €0.85. Jiġifieri f’dan il-każ it-tnaqqis fil-prezz jirrifletti il-15% sħaħ;
Eżempju 2: Jekk fl-aħħar t’Ottubru li għadda ħanut xtara prodott mingħand l-importatur tiegħu u dan tal-aħħar irrakkommandalu Retail Price ta’ €1, però tal-ħanut għażel li jbiegħu €0.90, allura tal-ħanut obbligat li jbiegħu mhux ogħla minn €0.85. Allura f’dan il-każ it-tnaqqis fil-prezz ikun ta’ 5% peress li l-prezz kien diġà anqas mir-Recommended Retail Price.
Irrispettivament minn dan kollu, l-obbligu ser ikun li r-Recommended Retail Price ta’ Ottubru 2023 jonqos b’minimu ta’ 15%.
Din l-inizjattiva ser tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2024.
Il-ftehim eżistenti jorbot lill-parteċipanti sad-data li fiha l-Gvern iħabbar il-Budget għas-sena 2025 li normalment iseħħ għall-ħabta ta’ nofs jew tmiem Ottubru. Jiġifieri l-konsumatur ser igawdi minn stabbiltà fil-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti għal aktar minn disa’ xhur.
Le, mhux il-prodotti tal-ikel kollha ser ikunu affettwati minn din l-inizjattiva, għalkemm kemm l-importaturi u anke l-bejjiegħa qed jintrabtu li jagħmlu ħilithom kollha biex iraħħsu l-prezzijiet jew iżommuhom baxxi kemm jistgħu sabiex tittaffa l-inflazzjoni.
Matul dawn l-aħħar xhur saru diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-importaturi u l-bejjiegħa maġġuri ta’ pajjiżna u ġew identifikati 15-il kategorija ta’ ikel li n-nies l-aktar li jikkonsmaw prodotti tagħhom (staple foods), u li l-aktar qed jaffettwaw in-nefqa tal-familji Maltin u Għawdxin. Mhux eskluż li maż-żmien, u suġġett għal qbil bejn il-partijiet kollha, jistgħu jiddaħħlu kategoriji ġodda.
Il-kategoriji maqbula huma dawn:
- Corned beef, full fat, light and reduced salt, in all sizes
- Cornflakes in packets or bags
- Crackers in all sizes
- Fresh and frozen minced/ground beef and/or minced/ground pork and/or a combination of both, in packets
- Packed fresh and frozen pork chops
- Frozen raw chicken legs, both packed and in loose form/by weight, and fresh packed
- Frozen raw whole chicken, both packed and in loose form/by weight, and fresh packed
- Frozen peas, broccoli and spinach in bags of all sizes (excluding organic)
- Imported Black tea bags of all sizes
- Instant coffee including decaff in all sizes
- Skipjack tuna in vegetable, soya or sunflower oil in tins of 70g to 200g (excluding skipjack and yellowfin tuna in brine and in olive oil )
- Standard, low fat and reduced salt vegetable spreads in tubs or foil
- Straight cut frozen friable french fries in bags of all sizes
- UHT milk: Skimmed, Semi-Skimmed and Whole in cartons or bottles of all sizes
- Wheat spaghetti and penne in packets of all sizes
Il-lista ta’ prodotti affettwati qed tibqa’ tiġi aġġornata. Nikkalkulaw li hemm aktar minn 300 prodott li l-prezz tagħhom se jibqa’ stabbli jew jorħos.
Huwa minnu li l-konsumatur Malti hu inkoraġġit li jagħżel prodott frisk u prodott Malti. U fil-fatt hemm kategoriji miftuħa kemm għal prodotti Malti u anke dawk importati. Nirrikonoxxu li fuq il-prodott Malti hemm diġà diversi għajnuniet mill-Gvern kif imsemmi aktar ’il fuq, kif ukoll li l-prodott importat hu espost ukoll għall-prezzijiet dejjem telgħin tat-trasport.
Persuni li jsofru minn Coeliac Disease jistgħu japplikaw għal vouchers għal ikel gluten free, b’għajnuna ta’ €65 fix-xahar u €70 għal dawk ’il fuq minn 60 sena u dawk fuq benefiċċji soċjali.
Dawn il-kategoriji ta’ ikel intgħażlu wara diversi kunsiderazzjonijiet, fosthom:
- Huma fost l-aktar prodotti użati u li għandhom impatt fuq l-ispiża ta’ dawk bi dħul baxx u medju;
- Rajna li jkun hemm firxa wiesgħa sabiex jintlaqtu l-gosti ta’ kemm jista’ ikun konsumaturi;
- Huma kategoriji li kien possibli li dwarhom jintlaħaq qbil bejn il-Gvern, l-importaturi u l-bejjiegħa.
Il-Gvern qed iniedi kampanja informattiva dwar din l-inizjattiva. Tista’ tidħol fis-sit ekonomija.gov.mt u tidħol fis-sezzjoni Stabbiltà. Fis-sezzjoni “il-Parteċipanti” tista’ tara lista ta’ stabbilimenti li kkommettew li l-prodotti li jbiegħu taħt dawn il-kategoriji huma mraħħsa bi 15%. Din il-lista tkompli tiġi aġġornata hekk kif aktar stabbilimenti jissieħbu. Il-prodotti ser ikunu wkoll immarkati b’tabella li tindika li huma mraħħsa grazzi għal din l-inizjattiva. Il-Gvern ser ikun qed iwassal informazzjoni dwar din l-inizjattiva għal diversi ġimgħat.
Il-prodotti mraħħsa se jkunu mmarkati b’tikketta li turi li dawn huma mraħħsa grazzi għal din l-inizjattiva. Il-prodotti ser ikunu wkoll imniżżla fuq portal onlajn li juri kemm il-prodotti u anke l-bejjiegħa parteċipi minn fejn se jkunu qed jinbiegħu bl-iskont ta’ 15%.
Ir-roħs japplika għal kull brand taħt dik il-kategorija. Jiġifieri jekk pereżempju l-bejjiegħ ibigħ il-corned beef u għandu ħames brands ta’ corned beef, kwalunkew prodott ser ikollu l-istess persentaġġ ta’ roħs.
Il-prodotti kienu qed jinbiegħu bil-prezz tas-suq. Grazzi għall-intervent tal-Gvern u b’rikonoxximent għall-għajnuna kostanti li l-Gvern ta u għadu jagħtu lin-negozji, kemm fi żmien il-COVID-19 u anke preżentament bis-sussidju fuq il-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwil, inħass li issa hu ż-żmien opportun biex fid-dawl tal-inflazzjoni li qed tippersisti, dawn in-negozji jroddu xi ħaġa lura lill-komunità fil-forma ta’ Corporate Social Responsibility. Għaldaqstant, għal dan iż-żmien stabbilit, kemm l-importaturi u kemm il-bejjiegħa parteċipi f’din l-inizjattiva qablu li jqaċċtu parti mill-mark-up fuq għadd ta’ prodotti biex b’hekk il-konsumatur aħħari jgawdi minn stabbiltà fil-prezzijiett u tnaqqis fir-recommended retail price ta’ 15 % li ħafna drabi ser jirriżulta wkoll f’roħs fuq il-prezz tal-prodott meta mqabbel ma’ kif kien qed jinbiegħ qabel l-aħħar ta’ Ottubru 2023.
Il-prezz ta’ qabel kien skont is-suq. Bħal kull negozju ieħor kulħadd jaħdem biex jagħmel qliegħ diċenti minn dak li jbiegħ. Grazzi għal dan l-arranġament, in-negozji parteċipi ser jassorbu dan ir-roħs billi ma jagħmlux profitt fuqhom.
Tapplika għal kwalunkwe xiri, kemm dak tradizzjonali mill-istabbiliment u anke’ online.
Iva, din l-inizjattiva hi għal kulħadd. Sakemm dak li qed jinxtara jaqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji msemmija, u qed jinbiegħ minn xi ħadd parteċipi fl-inizjattiva, kwalunkew konsumatur ħa jgawdi minn dan ir-roħs u b’mod awtomatiku.
Il-Gvern ser ikun ukoll viġilanti bil-mezzi kollha possibli tal-awtoritajiet tiegħu, bħall-MCCAA biex jassigura li l-istabbilimenti josservaw il-liġi u ma jkunx hemm abbuż. Iktar minn hekk, negozju li jagħmel hekk ikun qed jagħti daqqa r-reputazzjoni tiegħu. Fil-fatt il-parteċipanti f’din l-inizjattiva qed jintrabtu wkoll li jagħmlu ħilithom kollha biex iraħħsu l-prezzijiet jew iżommuhom baxxi anke ta’ dawk il-prodotti li m’humiex strettament koperti b’dan l-arranġament.
Huwa l-għan tal-Gvern li kemm jista’ ikun negozji ta’ prodotti tal-ikel jidħlu f’din l-inizjattiva. Il-Gvern iffoka d-diskussjonijiet tiegħu mal-importaturi u negozji maġġuri f’pajjiżna, inkluż is-supermarkets, peress li dawn jolqtu l-andament tas-suq. Ġaladarba hemm dan il-qbil, l-importaturi ngħataw mandat sabiex jinkoraġġixxu lill-bejjiegħa li jfornu sabiex huma wkoll jissieħbu f’din l-inizjattiva. Hu fl-interess tagħhom li jissieħbu; altrimenti l-prezzijiet tagħhom għall-istess prodotti ser ikunu potenzjalment mhux kompetittivi mal-bqija.
Iva, huwa f’idejn il-bejjiegħa jekk joffrux skont ogħla. Il-15% huwa l-minimu maqbul.
Huwa stmat li matul dawn l-għaxar xhur li ġejjin, l-inflazzjoni tibda tbatti u allura l-prezzijiet tas-suq għandhom jaġġustaw waħedhom. Il-Gvern però ser ikun qed ikompli jsegwi mill-qrib l-andament tal-inflazzjoni u jkompli jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex ikun ta’ spalla għal kulħadd.
Biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ 15% fil-Prezz bl-Imnut Rakkomandat (RRP), huwa meħtieġ sforz kollaborattiv bejn l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut. Dan it-tnaqqis huwa bbilanċjat biex jiġi żgurat impatt ġust fuq iż-żewġ partijiet. B’mod speċifiku, dan jinvolvi tnaqqis ta’ 4.4 punti fil-marġni tal-bejjiegħ bl-imnut u l-bqija jkun kopert mill-importatur. Pereżempju, jekk bejjiegħ bl-imnut ikollu marġni ta’ 25%, huwa jnaqqas 4.4 punti, li jirriżulta f’marġni ġdid ta’ 20.6%. Il-bqija tal-kontribuzzjoni tiġi mill-importatur. Dan l-approċċ jiżgura distribuzzjoni ġusta tat-tnaqqis fl-RRP.
Dażgur! Aħna nilqgħu l-parteċipazzjoni tiegħek fl-inizjattiva Stabbiltà. Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-inizjattiva japplikaw speċifikament għal prodotti fil-kategoriji assoċjati mal-importaturi li jipparteċipaw. Peress li l-inizjattiva hija bbażata fuq skont ta’ 15% fuq il-Prezz bl-Imnut Rakkomandat (RRP), il-prodotti mill-importaturi li ngħaqdu fl-inizjattiva biss jaqgħu taħt din l-istruttura ta’ skont.
Filwaqt li nħeġġuk tinkorpora l-ispirtu tal-inizjattiva Stabbiltà billi testendi l-iskont għall-prodotti kollha tiegħek, il-parteċipazzjoni uffiċjali tiegħek hija limitata għal dawk il-prodotti speċifiċi fil-kategoriji tal-importaturi li jipparteċipaw. Nirrakkomandaw ħafna li jinbeda djalogu mal-importatur tiegħek qabel ma tiddeċiedi li tingħaqad fl-inizjattiva, biex tiżgura li kollox ikun ċar u li tkunu fuq l-istess paġna.
Jekk għandek xi ilment tista’ ċċempel fuq 153 jew tibghat email fuq [email protected].
Jekk inti għandek ħanut li minnu tbigħ prodotti tal-ikel li jappartjenu għal dawn il-kategoriji ninkoraġġuk sabiex inti wkoll tkun parteċipi f’din l-inizjattiva. Tista’ timla l-formola fuq dan stabbilta.gov.mt bid-dettalji tiegħek, sabiex eventwalment jintbagħtlek kopja tal-ftehim bil-kundizzjonijiet ta’ din l-inizjattiva. Sadanittant għandek titkellem mal-importatur li mingħandu tixtri dawn il-prodotti u li hu diġà parti minn din l-inizjattiva sabiex tinfurmah bil-ħsieb tiegħek u li se tkun qed tingħaqad f’din l-inizjattiva, sabiex l-importatur jestendi l-parti tar-roħs tiegħu fuq dawk il-prodotti li eventwalment iwasslek f’qagħda li inti wkoll tibda toffri l-15% roħs fuq il-prodotti kkonċernati bħall-bqija tal-istabbilimenti parteċipi. Ġaladarba tiffirma l-ftehim, l-isem u d-dettalji tal-istabbiliment tiegħek jiżdied mal-lista ta’ parteċipanti fuq il-portal u fuq il-mezzi kollha informattivi ta’ din il-kampanja.
Il-Gvern ser juża l-mezzi kollha li tagħtih il-liġi sabiex jara li l-obblgi tal-ftehim jiġu mħarsa b’mod ġenwin. Dan ser isir permezz ta’ obbligi ta’ rappurtaġġ lil Monitoring Mechanism Body, spezzjonijiet, mystery shopping u mezzi oħra. Il-Gvern għandu dritt ukoll li jinforma lill-pubbliku jekk jinstab li stabbiliment qed iqarraq. Il-pubbliku huwa wkoll inkoraġġit li jkun viġilanti u li jirrapporta f’każ li josserva li hemm xi qerq.
Xejn affattu. Il-Gvern lanqas permezz ta’ din l-inizjattiva ma hu qed jindaħal jew jistabilixxi l-prezz. Għax l-inizjattiva hi riżultat ta’ djalogu. Il-Gvern iżda jirrikonoxxi ċ-ċirkostanzi partikolari li għaddejja minnhom id-dinja u jħossu fid-dmir li jara li kwalunkwe inizjattiva li tista’ twassal għal aktar stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel, jekk mhux ukoll roħs, jaħdem fuqha. U dan li sar b’alleanza volontarja li nħolqot mas-settur privat, u bi djalogu kostruttiv.
L-ewwel perjodu għandu jitqies bħala perjodu tranżitorju. Dan ifisser li, wara li ssir spezzjoni, jekk jiġi misjub li stabbiliment mhuwiex konformi f’termini tal-prezzijiet tal-prodotti taħt l-iskema Stabbilta’, imma mbagħad jiġi misjub li kkoreġa l-irregolaritajiet matul kontroll ta’ segwitu, il-grant għandha titħallas kollha kemm hi mid-data tal-applikazzjoni. Jekk, madankollu, stabbiliment jerġa’ jiġi misjub mhux konformi anke wara kontroll ta’ segwitu, allura l-ammont kollu tal-grant għall-perjodu għandu jinżamm.
Il-grants għat-tieni perjodu (Mejju sa Lulju 2024) se jitħallsu biss wara li jsiru spezzjonijiet fuq il-post minn uffiċjali tal-monitoraġġ fil-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Wara l-ispezzjoni, il-persentaġġ tal-grant għandu jiġi kkalkulat skont it-tabella t’hawn taħt. Stabbiliment għandu jitqies konformi jekk il-prezzijiet tal-prodotti taħt l-iskema Stabbilta’ jkunu skont l-iskema.
Xenarju | Perjodu 1 | Perjodu 2 | Grant li trid titħallas għat-tieni perjodu | ||
(l-ewwel spezzjoni) | (Kontroll ta’ Segwitu) | (l-ewwel spezzjoni) | (Follow-up inspection) | (l-ewwel spezzjoni) | |
Xenarju 1 | Konformi | Mhux applikabbli | Konformi | Xenarju 1 | Konformi |
Xenarju 2 | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Konformi | Xenarju 2 | Mhux Konformi |
Xenarju 3 | Mhux Konformi | Konformi | Konformi | Xenarju 3 | Mhux Konformi |
Xenarju 4 | Konformi | Mhux applikabbli | Mhux Konformi | Xenarju 4 | Konformi |
Xenarju 5 | Mhux Konformi | Konformi | Mhux Konformi | Xenarju 5 | Mhux Konformi |
Xenarju 6 | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Xenarju 6 | Mhux Konformi |
Xenarju 7 | Konformi | Mhux applikabbli | Mhux Konformi | Xenarju 7 | Konformi |
Xenarju 8 | Mhux Konformi | Konformi | Mhux Konformi | Xenarju 8 | Mhux Konformi |
Xenarju 9 | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Xenarju 9 | Mhux Konformi |
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jista’ jsir kontroll ieħor (separat mill-kontroll ta’ segwitu) anke jekk l-istabbiliment kien misjub konformi qabel (pereżempju, wara lment imressaq fil-Ministeru minn membri tal-pubbliku). Bl-istess mod, spezzjoni eċċezzjonali tista’ ssir anke wara li l-istabbiliment kien misjub mhux konformi f’kontroll ta’ segwitu imma juri rieda li jirregolarizza lilu nnifsu. F’każijiet bħal dawn, japplikaw il-persentaġġi li ġejjin:
Xenarju | Perjodu 2 | Spezzjoni Eċċezzjonali | Grant li trid titħallas għat-tieni perjodu | ||
( l-ewwel spezzjoni) | (Kontroll ta’ Segwitu) | (Spezzjoni Eċċezzjonali) |
(Follow-up inspection) | ( l-ewwel spezzjoni) | |
Xenarju 10 | Konformi | Mhux applikabbli | Konformi | Xenarju 10 | Konformi |
Xenarju 11 | Mhux Konformi | Konformi | Konformi | Xenarju 11 | Mhux Konformi |
Xenarju 12 | Konformi | Mhux applikabbli | Mhux Konformi | Xenarju 12 | Konformi |
Xenarju 13 | Mhux Konformi | Konformi | Mhux Konformi | Xenarju 13 | Mhux Konformi |
Xenarju 14 | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Konformi | Xenarju 14 | Mhux Konformi |
Xenarju 15 | Mhux Konformi | Konformi | Mhux Konformi | Xenarju 15 | Mhux Konformi |
Xenarju 16 | Konformi | Mhux applikabbli | Mhux Konformi | Xenarju 16 | Konformi |
Xenarju 17 | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Mhux Konformi | Xenarju 17 | Mhux Konformi |