Irkantaturi
Hija meħtieġa liċenzja għal individwi biex jaġixxu bħala irkantaturi skont it-termini tal-Att tal-Irkantaturi. Kap 342. Dan jinħareġ mit-Taqsima tal-Liċenzjar tal-Kummerċ, fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ skont ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ SL117.04.
Applikazzjoni għal irkantatur tista’ ssir b’mod elettroniku. L-applikazzjonijiet jiġu eżaminati skont ir-rekwiżiti ġenerali tal-eliġibbilta: li l-applikant ma għandux inqas minn tmintax-il sena, ta’ natura morali tajba u ma nstabx ħati ta’ atti kriminali relatat ma’ frodi jew miżapproprjazzjoni ta’ flus jew artikoli oħra fl-aħħar tliet snin. Fid-dawl ta’ dawn l-applikazzjonijiet għandu jkun hemm ċertifikat ta’ kondotta tajba maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija. Rekwiżiti oħra ta’ dokumentazzjoni jistgħu japplikaw:
- Residenti mhux Maltin għandhom jipprovdu kopja tal-passaport tagħhom.
- Residenti mhux mill-UE għandhom jipprovdu wkoll kopja tal-liċenzja għall-impjieg maħruġa minn Jobsplus u permess ta’ residenza validu maħruġ minn Identity Malta.
- Fil-każ ta’ kumpanija, għandha tiġi pprovduta riżoluzzjoni tal-bord iffirmata mis-segretarju tal-kumpanija li tawtorizza lill-applikant biex jirrappreżenta l-kumpanija.
M’hemm l-ebda restrizzjoni lingwistika għall-applikanti. Barra minn hekk, meta persuna tkun diġa liċenzjata jew stabbilita legalment b’xi mod ieħor biex twettaq attivitajiet ta’ rkantar fi stat membru ieħor u tkun tixtieq twettaq tali attivitajiet f’Malta fuq bażi mhux permanenti, ma għandhiex għalfejn tapplika għal liċenzja iżda hija meħtieġa tinnotifika lit-Taqsima tal-Liċenzjar tal-Kummerċ. L-operaturi huma marbuta bid-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolamenti 3 sa 15 tar-Regolamenti dwar l-Irkanti Pubbliċi, SL342.01.
L-applikazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tas-sottomissjoni jintbagħtu lill-Bord tal-Irkantatur fi żmien ħamest ijiem, għall-evalwazzjoni f’termini tar-regolamenti dwar l-Irkanti Pubbliċi, SL342.01. Persuna li tkun applikat għal liċenzja biex taġixxi bħala irkantatur trid tiltaqa’ għal intervista quddiem il-Bord tal-Irkantaturi kif previst fir-Regolament 16(4) tal-istess regolament. Ladarba l-bord ikun sodisfatt li l-applikant għandu għarfien dwar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali tal-irkantar, dwar il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali relatati mal-antikitajiet u l-wirt kulturali u dwar il-prattiċi kummerċjali ġenerali, huwa jinforma lit-Taqsima tal-Liċenzjar tal-Kummerċ dwar il-valutazzjoni pożittiva tiegħu. It-Taqsima tal-Liċenzjar tal-Kummerċ se toħroġ il-liċenzja tal-irkantar fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol min-notifika pożittiva tal-bord.
Applikazzjoni għal liċenzja ta’ irkantatur għandha pagament ta’ €240 li tinkludi l-ewwel tariffa annwali. Jekk tinħareġ liċenzja, din tkun valida sal-aħħar tas-sena tal-ħruġ.
Jekk applikanti jiġi rifjutati liċenzja u jħossu li jkunu offiżi bid-deċiżjoni, huma jistgħu jressqu appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva stabbilit bl-Artikolu 5(1) tal-Kap tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva. Kap 490.
Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu lil [email protected] jew bit-telefown 25690100 jew 21226688.