Esportazzjoni ta’ dgħajjes, muturi fuq barra u bastimenti li jinfetħu għall-Esportazzjoni jew it-Trasbord lejn il-Libja

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-merkanzija msemmija fl-Anness VII tar-Regolament tal-Kunsill 2016/44 u l-oġġetti msemmija taħt Miżuri b’Appoġġ għal Azzjonijiet li jindirizzaw l-Attivitajiet kontra l-Kuntrabandu fil-Mediterran Ċentrali Avviż Legali 259 tal-2020​ għandha ssir qabel l-esportazzjoni jew it-trasbord tal-imsemmija merkanzija lejn il-Libja. L-applikazzjoni msemmija u d-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament meħtieġa għandhom jiġu sottomessi lil dan id-Direttorat tas-Servizzi Kummerċjali u l-Proġetti fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ, għall-ipproċessar u t-trażmissjoni ulterjuri lill-Bord ta’ Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet. Id-deċiżjonijiet kollha relatati ma’ din l-applikazzjoni jittieħdu mill-Bord għall-Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet. Aktar informazzjoni dwar il-Bord għall-Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet tista’ tinstab fuq din il-link.

Formola tal-Applikazzjoni ghall-Esportazzjoni jew Transitu

Aġġornament l-aħħar

L-aħħar aġġornament sar fl-24 t’Ottubru 2022