Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2023

Ritratti

Vidjows

Premju Inizjattiva Kreattività

Premju Inizjattiva Kreattività #1

Premju Inizjattiva Kreattività #2

Premju Inizjattiva Xjentifika #1

Premju Inizjattiva Xjentifika #2

Premju Inizjattiva Teknoloġika #1

Premju Inizjattiva Teknoloġika #2

Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti #1

Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti #2

Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti #3

Premju Inizjattiva Innovatur Emerġenti #4

Ċerimonja tal-Premjijiet

Iċ-ċerimonja saret biex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-14-il edizzjoni tal-inizjattiva annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li huwa parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet. Din l-inizjattiva hija l-“Malta Intellectual Property Awards 2023”.

Il-Premju Proprjeta’ Intelletwali Malta huwa mmirat biex jippromwovu l-ħolqien tal-Proprjetà Intellettwali f’Malta u jirrikonoxxu kemm proġetti innovattivi li joriġinaw minn nies li huma pjuttost ġodda fil-qasam tagħhom kif ukoll dawk magħmula minn nies ta’ esperjenza fis-settur kreattiv, xjentifiku u teknoloġiku.

Din is-sena tqassmu aktar minn €50,000 fi premjijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon li għal din l-edizzjoni kellna proġetti ta’ livell għoli b’firxa ta’ inizjattivi fil-qasam tas-saħħa, l-inġinerija, l-arti diġitali, ir-riċerka medika u l-edukazzjoni.

Ir-rebbieħa tal-“Premju Proprjeta’ Intelletwali Malta 2023” kienu:

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Kreattività

Rebbieħa

‘ARCHIPALS’ – Mr Zack Ritchie

Tieni Post

‘FB Lightning Mark 2’ – Mr Fabian Borg

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Xjentifika

Rebbieħa

‘Redefining Material Science – The Revolution in Auxetic Foam Production Method for Industry-Wide Disruption and its Application for Sustainable Mattress Production’ – Dr Keith Mario Azzopardi obo Smart Materials Limited

Tieni Post

‘Advancing Bacterial Taxonomy with Species-Level Precision through Innovative 16S Amplification Method’ – The Bioarte Ltd

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika

Rebbieħa

‘Drywise – Quality Assurance Machine for industrial 3D printing’ – Thought3D Limited

Tieni Post

‘A Smart Wearable Device for Supporting Children with Cerebral Palsy (DigiCLAP)’ – Prof. Ing. Philip Farrugia

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Kreattività – Innovatur Emerġenti età bejn is-16 u t-30 sena

Rebbieħa

‘Contemporary Maltese Cross Pendant’ – Ms Tara Lois Mansell

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Kreattività – Innovatur Emerġenti età minn 31 sena ‘l fuq

Rebbieħa

‘Wanderer’s Companion – Portrait Sticker Book’ – Ms Fleur Sciortino and Ms Chelsea Sciortino

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika – Innovatur Emerġenti età bejn is-16 u t-30 sena

Rebbieħa

‘WagsUnite. We bring people – and dogs – together, to find their crowd and make long-lasting’ – Ms Justine Bezzina

Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika – Innovatur Emerġenti età minn 31 sena ‘l fuq

Rebbieħa

‘Developing AI and Machine Learning algorithms for flight data monitoring (SmartFDM)’ – Dr Robert Camilleri, Dr Gianluca Valentino, Mr Sameer Kumar Jasra u Captain Alan Muscat

Paġna l-aħħar aġġornata fil-11 ta’ Diċembru 2023