Taqsima tal-Artiġjanat, SOLVIT, IMI u Drittijiet tal-Awtur
Dwarna
Din it-Taqsima hija responsabbli kif ġej:
- Jassisti r-Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Intraprendituri tal-Artiġjanat, għaż-żamma tar-Reġistru tal-artiġjanat
- L-operat taċ-Ċentru SOLVIT ta’ Malta
- Jaġixxi bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal-IMI ta’ Malta
- Għal xi oqsma li jikkoncernaw id-drittijiet tal-awtur (minbarra l-
- L-organizzazzjoni tal-Premju Nazzjonali għal Appoġġ tan-Negozju.
Funzjonijiet
1. Artiġjanat
1.1 Din it-Taqsima, bħala Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Intraprendituri tal-Artiġjanat, hija responsabbli għaż-żamma tar-Reġistru tal-artiġjanat, għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, għar-reġistrazzjoni tal-artiġjani u intraprendituri tal-artiġjanat, biex inħeġġu applikanti potenzjali biex jissottomettu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artiġjanat, biex nipprovdu ċertifikati tags li l-artiġjani jistgħu iwaħħlu mal-prodotti tagħhom u ċertifikati li l-artiġjani jistgħu juru fil-ħwienet tagħhom. Artiġjani interessati jistgħu jirreġistraw ma’ dan l-uffiċċju fuq bażi volontarja u r-reġistrazzjoni hija mingħajr ħlas. Applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa online fuq: www.maltacraftscraftsregister.gov.mt/register-application.
Jekk l-applikant ikollu bżonn għajnuna, l-Uffiċċju jista’ jassisti fil-mili u s-sottomissjoni tal-formola.
2. SOLVIT
Din it-Taqsima taġixxi bħala ċ-Ċentru SOLVIT ta’ Malta. SOLVIT huwa netwerk li għandu l-għan li jsolvi problemi li ċ-ċittadini u n-negozji jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tas-Suq Intern tagħhom.
Xi oqsma li fihom SOLVIT jista’ jgħin meta ċittadin jew negozju tal-UE jiltaqa ma’ problema f’entita’ pubblika ammimistrattiva f’pajjiz ieħor tal-UE, huma:
- Il-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti
- Viża u drittijiet ta’ residenza
- Kummerċ u servizzi (negozji)
- Vetturi u liċenzji tas-sewqan
- Benefiċċji tal-familja
- Drittijiet tal-pensjoni
- Xogħol f’pajjiz ieħor
- Benefiċċji tal-qgħad
- Assigurazzjoni tas-saħħa
- Aċċess għall-edukazzjoni
- Moviment transkonfinali ta’ kapital jew pagamenti
- Rifużjonijiet tal-VAT.
SOLVIT ma jistax jgħin:
- jekk il-kumpanija tiegħek qed ikollha problemi ma’ kumpanija oħra
- jekk għandek problema bħala-konsumatur
- jekk qed tfittex kumpens għad-danni
- jekk tressaq il-każ tiegħek il-qorti (minħabba n-natura informali tiegħu, SOLVIT ma jistax jimxi b’mod parallel ma’ proċedimenti formali jew legali).
Aktar informazzjoni tinsab fuq: http://ec.europa.eu/solvit/
Tista’ tissottometti każ lil SOLVIT fuq:
http://ec.europa.eu/eu-rights/enquiry-complaint-form/home?languageCode=en&origin=solvit-web
3. Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)
Din it-Taqsima hija l-Koordinatur Nazzjonali tal-IMI ta’ Malta (NIMIC). L-IMI hija pjattaforma onlajn li tgħin lill-Awtoritajiet Kompetenti jikkomunikaw mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra tal-UE.
4. Copyright
Din it-Taqsima ssegwi diskussjonijiet u żviluppi dwar id-drittijiet tal-awtur fuq livell Ewropej. Tieħu ħsieb li jsir aġġornament fil-leġislazzjoni nazzjonali li jirriżulta minn ħtiġijiet nazzjonali jew minn direttivi tal-Unjoni Ewropeja fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur.
L-infurzar tad-drittijiet tal-awtur ma jaqax taħt ir-responsabiltà tad-Diptartiment tal-Kummerċ.
5. Premju Nazzjonali għal Appoġġ tan-Negozju
Din it-Taqsima b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programmi fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi jorganizza din il-kompetizzjoni bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar l-importanza tal-intraprenditorija kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Massimu ta’ żewġ inizjattivi sottomessi għall-kompetizzjoni NSBA ikunu nominati biex jirrappreżentaw lil Malta fil-European Enterprise Promotion Awards. Dawn in-nominati, flimkien ma’ nomini oħra mis-27 Stati Membri oħra tal-UE u kif ukoll pajjiżi assoċjati tal-pilastru tal-SMEs tal-Programm tas-Suq Uniku Support to SMEsjikkompetu f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża li toffri espożizzjoni estensiva u kopertura mill-midja għall-proġetti nominati. L-EEPA tkun organizzata bħala parti mill-Assemblea tal-SMEs li tiġi organizzata kull sena f’Ottubru jew Novembru fl-Istat Membru li jkun qed jospita l-Kunsill tal-Ministri tal-UE.
Minbarra li hija adattabbli faċilment għal moduli legali differenti, is-sistema hija wkoll multilingwi. Bħalissa l-IMI għandha 97 proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva f’20 qasam ta’ politika differenti.
Għal aktar informazzjoni żur: http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/index_en.htm
Dettalji ta’ kuntatt
Taqsima tal-Artiġjanat, SOLVIT, IMI u Drittijiet tal-Awtur
Dipartiment tal-Kummerċ
Swar Lascaris
Daħlet Ġnien is-Sultan
Valletta VLT 1933
Emails
Artiġjanat
[email protected]
SOLVIT
[email protected]