Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2022
Navigate Up
Sign In

Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2022




‘Proprjetà Intelletwali’ tirreferi  għal prodotti u xogħlijiet madwarna  li huma frott ta’ moħħ il-bniedem. Id-drittjiet mogħtija mill-istat fir-rigward tal-proprjetà intelletwali,  bħal drittijiet tal-awtur, privattivi, trademarks u disinni reġistrati jipprovdu lin-negozji, artisti u inventuri b’mezzi sabiex jipproteġu l-prodotti u l-kreazzjonijiet tagħhom, kif ukoll jiġu mħeġġa sabiex jinvestu fl-innovazzjoni u l-kreattività bħala benefiċċju għas-soċjetà.

Il-‘Premju Proprjetà Intelletwali Malta’, huwa mmirat biex jirrikonoxxi  u jippromwovi l-ħolqien tal-propjetà intellettwali f’Malta. Il-premju huwa mqassam f’erba’ kategoriji.

1. Premju għal Inizjattiva Kreattiva

Il-‘Premju għal Inizjattiva Kreattiva’ jippremja individwi jew negozji li joperaw fis-setturi kulturali kif ukoll dawk kreattivi. Għall-iskopijiet tal-‘Premju Proprjeta’ Intelletwali Malta’, sottomissjonijiet taħt din il-kategorija għandhom jkunu jirrigwardaw xogħlijiet artistiċi, awdjo-viżivi, jew taħlita tat-tnejn.

2. Premju għal Inizjattiva Xjentifika

Il-‘Premju għal Inizjattiva Xjentifika’ jirrikonoxxi riċerki xjentifiċi ġġenerati minn studenti tax-xjenza, akkademiċi u professjonisti. L-inzijattiva preżentata tista’ tkun prodott ġdid, titjib sinifikanti ta’ prodott eżistenti, użu ġdid ta’ prodott eżistenti, jew proċess ġdid.

3. Premju għal Inizjattiva Teknoloġika

Il-‘Premju għal Inizjattiva Teknologika’ jeħtieg l-iżvilupp ta’ teknolgija ġdida u innovattiva, jew titjib fil-proċess, fir-rigward ta’ soluzzjonijiet relatati ma’ sfidi għad-dija tal-kummerċ jew għas-soċjetà in generali. Ir-riżultat attwali għandu jkun proċess teknoloġiku   innovattiv jew soluzzjoni eżistenti li tkun mtejba b’mod radikali għal applikazzjoni f’sitwazzjonijiet ġodda.

4. Premju għal Inizjattiva ta’ Innovazzjoni Emerġenti

Dan il-premju huwa mqassam f’żewg sub-kategoriji:
a) Etajiet bejn is-sittax u tletin sena; u,
b) Etajiet bejn il-wieħed u tletin sena ‘il quddiem

Il-‘Premju għal Inizjattiva ta’ Innovazzjoni Emerġenti’ jirrikonoxxi l-inizjattiva  mmirata sabiex jiġu mħeġġa proġetti, li għalkemm mhumiex magħmula minn persuni kreattivi, xjentisti, jew professjonisti ta’ esperjenza, xorta waħda huma proġetti promettenti u innovattivi. Proġetti eliġibbli għandhom ikunu xogħol ta’  individwi jew entitajiet li huma ġodda f’dan il-qasam partikolari, jew entità li ilha topera f’dan il-qasam inqas minn ħames snin. Proġetti sottomessi taħt din il-kategorija, għandhom jaqgħu taħt waħda mitt-tliet kategoriji ta’ inizjattiva kreattiva, xjentifika, u dik teknoloġika.

Proġetti għandhom ikunu tanġibbli, konkreti u żviluppati tajjeb, u jikkonsistu fiprodotti jew proċessi attwali jew promettenti. Kull tip ta’ kunċett li huwa essenzjalment ibbażat fuq ideat u intenzjonijiet astratti, mhux ikkunsidrat li jaqgħu taħt l-iskop ta’ dawn il-premji.

Ir-rebbieħa fl-ewwel u it-tieni post f’kategoriji 1, 2 u 3, jingħataw €8,000 u €4,000 rispettivament, għal kull kategorija.

Ir-rebbieħa ta’ kategoriji 4a u 4b jirċievu €4,000.

Applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-imejl fuq ipawards@gov.mt​, mit-Tnejn 2 ta’ Mejju 2022, sal-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022.

Sottomissjonijiet għandhom isiru fuq il-formoli relatati li ser ikunu disponibbli minn nhar it-Tnejn, 2 ta’ Mejju 2022.

L-iskadenza għas-sottomissjonijiet ġiet estiża 
sal-Ħadd 17 ta’ Lulju 2022