Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019
Navigate Up
Sign In

Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019

Fil-5 ta’ Diċembru 2019 saret iċ-ċeremonja sabiex jiġu ppremjati r-rebbieħa tal-10 edizzjoni tal-inizjattiva annwali li jorganizza d-Dipartiment tal-Kummerċ, li jagħmel parti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Entrapriżi Żgħar.  Din l-inizjattiva hija il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019”.

Din kienet l-10 edizzjoni ta’ din l-inizjattiva.  Il-fond għall-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” ġie mħabbar l-ewwel darba fil-baġit tal-2010, u minn dak inhar sal-lum baqgħet issir kull sena allokazzjoni ta’ fondi għal dan il-għan.  Għaldaqstant, fil-baġit tal-2018 kien reġa ġie allokat fond ta’ €50,000 biex jiġi organizzat il-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019”.

L-iskop tal-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” huwa biex niċċelebraw it-tkattir ta’ kultura ta’ innovazzjoni u kreattività li għandna kull interess li nippromwovu fi gżiritna.  Kultura li qed naraw qed tinfirex f’diversi oqsma ta’ intrapriżi Maltin ta’ kull tip u daqs.  Illum il-ġurnata qed tinbena kultura ta’ innovazzjoni u kreattività fejn qed jiġi rikonoxxut li biex l-intrapriza tibqa tirrendi u sabiex jitkattar l’ iżvilupp teknoloġiku, wiehed irid jiġedded u jkun innovativ fl-operat tiegħu kemm jekk huwa l-prodott innifsu, l-makkinarju li jintuża, l-mod ta’ presentazzjoni tal-prodotti jew fis-servizzi stess. 

Il-kompetizzjoni “Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” hija maqsuma fi tlett kategoriji – dik għal Inizjattiva Kreattiva, dik għal Inizjattiva Xjentifika u dik għal Inizjattiva Teknoloġika.  Barra minn hekk, hemm ukoll premju speċjali għall-Innovaturi Emerġenti.  F’xi kategoriji tal-Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019 jitqassmu ukoll ċertifikati u medalji, li jingħataw bħala rikonoxximent mill-World Intellectual Property Organization (WIPO) li hija l-organizzazjoni dinija fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti li għandha r-responsabbiltà li tamministra l-proprjetà intelletwali (fi ftit kliem aspetti diversi ta’ dritt tal-awtur (copyright), privattivi (patents), trademarks u disinni). 

Ir-rebbieħa tal-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2019” huma:

Kategorija - Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Kreattività

Rebbieħa – ‘Malta Arts and Culture Club’ – Allura Ltd., li ngħataw premju ta’ €8,000 kif ukoll il-WIPO Medal for Creativity u ċertifikat.

Tieni Post –‘Prodigy League’ - Guerilla Ltd., li ngħataw premju ta’ €4,000. 

Kategorija - Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Xjentifika

Rebbieħa - ‘MaltaHip’ - Prof. Pierre Schembri Wismayer, Prof. Ing. Joseph Buhagiar, Prof. Ing. Pierluigi Mollicone, Mr Donald Dalli mill-Università ta’ Malta, li ngħataw premju ta’ €8,000 bejniethom kif ukoll il-WIPO Medal for Inventors u ċertifikat.

Tieni Post –‘Lab-On-A-Molecule’ - Prof. David C. Magri mill-Università ta’ Malta, li ngħataw premju ta €4,000.

Kategorija - Premju Proprjetà Intellettwali għal Inizjattiva Teknoloġika

Rebbieħa‘Speechie’  - Dr. Ing. Philip Farrugia, Emmanuel Balzan, Anthony Demanuele, Prof. Helen Grech, Prof. Simon Fabri, Dr. Daniela Gatt, Dr. Owen Casha, Mrs. Louisa Frendo Wirth, Ms. Loredana Buttigieg, u Mr. James Attard, mill-Università ta’ Malta li bejniethom ngħataw premju ta’ €8,000 kif ukoll il-WIPO IP Enterprise Trophy.

Tieni Post –‘Wheel Assembly 2,0’ - IBG Automation Ltd., li ngħataw premju ta’ €4,000.

 Kategorija - Premju Proprjetà Intellettwali - Innovatur Emerġenti

Rebbieħ‘Gadgets Expo’ - Martina Zammit, li ngħataw premju ta’ €2,000.

Fil-bagit tal-2019 reġa ġie mħabbar fond ta’ €50,000 sabiex tkompli tigi organizzata din l-inizjattiva fl-2020 wara l-10 anniversarju ta’ din is-sena.  Għaldaqstant sabiex inkomplu nixprunaw l-innovazzjoni u l-kreattività, f’qasir zmien ha tiġi imnedija l-“Premju Proprjetà Intellettwali Malta 2020

- MIPA 2019 Guide Lines

- MIPA 2019 Creative Initiative Award

- MIPA 2019 Scientific Initiative Award

- MIPA 2019 Technological Initiative Award​