Il-Politika ta’ Privatezza tal-App tal-Proprjetà Intellettwali ta’ Malta
Il-Gvern ta’ Malta bena l-Mobile App tal-Proprjetá Intelletwali Malta bħala app bla ħlas. Dan is-servizz jingħata mill-Gvern ta’ Malta mingħajr ebda spiża u huwa maħsub biex jintuża kif inhu.
Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utenti tagħna u mhu se niġbru l-ebda informazzjoni personali dwar l-utenti sakemm ma tiġix ipprovduta b ’mod volontarju. Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 586), aħna għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħand l-utenti u se nimxu ma’ tali dmir. Aħna nieħdu s-salvagwardji kollha neċessarji biex ma jkunx hemm aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddu l-ebda dettalji li jinġabru mingħand il-viżitaturi u l-utenti lil xi terzi sakemm ma jingħatalniex il-kunsens biex nagħmlu dan jew kif awtorizzat mil-liġi.
Kif nipproċessaw id-data personali?
L-indirizz IP, il-lokalitá u l-ID tat-tagħmir
Is-server tal-web iżomm logs limitati dwar l-indirizzi IP, il-lokalitá tat-tagħmir mobbli fuq l-Internet, u l-ID tat-tagħmir għall-amministrazzjoni tas-sistemi u għal skopijiet ta’ identifikar ta’ soluzzjoni. Ma nużawx dawn il-biċċiet ta’ informazzjoni biex insegwu l-imġiba tal-utent fuq l-app mobbli.
Il-formola fejn tista tikkuntatjana
Meta tiġi użata il-paġna ta’ kuntatt li tinsab online fuq is-sit web, is-suġġetti tad-data jistgħu jintalbu jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għall-finijiet ta’ kuntatt. L-informazzjoni kollha u kwalunkwe data personali li s-suġġetti tad-data jistgħu jiddeċiedu li jipprovdulna fil-‘Formola ta’ Kuntatt’ magħna għandhom jiġu pproċessati biss għall-fini strett li jwieġbu għall-inkjesta.
Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ data li s-sit jittrasferixxi għall-hard drive tal-kompjuter tas-suġġett tad-data meta l-utent iżur is-sit web. Dan is-sit web jagħmel użu limitat mill-cookies u konsegwentement, għal kwalunkwe informazzjoni oħra, l-utenti qed jiġu ggwidati biex iżuru l-paġna tal-Politika Cookie tas-sit web tagħna.
Drittijiet tas-suġġetti tad-dejta
Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jaċċessaw id-data miżmuma dwarhom. F’każ ta’ mistoqsijiet fir-rigward tad-data, li tkun hemm u li hija miżmuma minna, l-utenti huma mitluba jikkuntattjawna billi jissottomettu talba lill-kontrollur tad-data permezz tal-paġna Ikkuntattjana fil-websajt.
Sigurtá
Aħna mhux se nkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara kkawżata minn attakk distribwit ta’ ċaħda ta’ servizz, viruses jew materjal teknoloġikament dannuż ieħor li jistá jinfetta t-tagħmir mobbli, il-programmi mobbli, id-data jew materjal proprjetarju ieħor tiegħek minħabba l-użu tiegħek tal-app jew minħabba t-tniżżil tiegħek ta’ kwalunkwe materjal imqiegħed fuqu, jew fuq kwalunkwe ħaġa marbuta miegħu.
Kummenti jew suġġerimenti
Kull kumment jew suġġeriment li jistá jkollok li jistá jikkontribwixxi għal kwalitá ta’ servizz aħjar ikun milqugħ u apprezzat ħafna.