Direttorat tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali – ‘Xogħol Remot’

Għeżież klijenti,

Nixtiequ ninfurmawkom li d-Direttorat tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali qiegħed jaħdem kompletament b’mod remot mit-18 t’Ottubru 2021. Is-servizzi onlajn tagħna huma disponibbli 24/7.

Apparti minn hekk, il-klijenti tagħna jistgħu wkoll jutilizzaw is-servizzi ġewwa l-uffiċini tal-Business First, li jinsabu fiċ-Ċentru Joseph Grech, it-Tieni Sular, ‘Cobalt House’, Triq Notabile, Mrieħel, Birkirkara (https://www.businessfirst.com.mt/) jekk ikollhom mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni ta’ Trademarks, Privattivi jew Disinji.

L-indirizz għall-korrespondenza, cioé l-ittri postali jew posta miġjuba bl-idejn tibqa’ l-istess, jiġifieri:

Direttorat tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali,
Dipartiment tal-Kummerċ
Daħlet Ġnien is-Sultan, Xatt Lascaris,
Il-Belt Valletta, VLT 2000

Jekk tridu tikkuntatjawna bit-telefown jew bl-imejl, jekk jogħġobkom araw id-dettalji li ġejjin:

Trademarks: 25690232/25690213/25690330

Privattivi u Disinji: 25690109/25690230/25690224

Indirizz elettroniku: [email protected]

Il-Management