Esportazzjoni t’Oġġetti Oħra

L-esportazzjoni lejn pajjiżi mhux tal-UE, ta’ oġġetti elenkati fl-Iskeda għall-Avviż Legali 243 tal-2004, hija soġġetta għal awtorizzazzjoni jew liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jsiru b’mod elettroniku. Kwalunkwe dokument ta’ sostenn għandu jintbagħat bil-posta elettronika lil [email protected] u jikkwota l-esportatur, il-prodott u l-kwantità.

Dan id-Dipartiment se jikkoordina ma’ entitajiet kompetenti oħra meta l-feedback tagħhom ikun meħtieġ fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni. Ladarba jiġi konkluż l-ipproċessar, il-liċenzja tal-esportazzjoni tintbagħat lill-esportatur permezz tal-posta elettronika.

Irreferi għat-taqsimiet tal-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) u tal-Linji Gwida, li jinsabu hawn taħt, għal spjegazzjonijiet aktar dettaljati dwar il-proċess tal-applikazzjoni għall-esportazzjoni.

L-aħħar aġġornament

L-aħħar aġġornament tat-3 ta’ Frar 2021